Referenza: 34/2002/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
23/12/2002
Qorti
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Ġudikatura
MICALLEF JOSEPH R.
Partijiet
DR PATRICK SPITERI vs L-AVUKAT GENERALI W IL-KUMM.TAL-PULIZIJA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ARTIKOLU 34 TAL KOSTITUZZJONI TA MALTA - ARTIKOLU 5 TAL KONVENZJONI TAD DRITTIJIET FUNDAMENTALI TAL BNIEDEM - ARTIKOLU 579 TAL KODICI KRIMINALI - ARTIKOLU 581 TAL KODICI KRIMINALI - DRITT GHAL LIBERTA U SIGURTA - HELSIEN MILL ARREST JEW DETENZJONI PERSONALI - SUSPETT RAGONEVOLI
Fil-Qosor
Ir-rikorrent ressaq din il-procedura biex jilmenta li (a) il-mod li bih huwa tressaq quddiem il-Qorti tal-Magistrati bhala Qorti Istruttorja biex iwiegeb ghall-akkuzi maghmulin kontrih u (b) kif ukollil-fatt li r-ri-arrest tieghu wara decizjoni mill-Onorabbli Qorti Kriminali jiksrulu l-jeddijiet tieghu kemm taht il-Kostituzzjoni ta' Malta u kif ukoll taht il-Konvenzjoni ghall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fondamentali.

L-artikolu 34 tal-Kostituzzjoni ta' Maltajipprovdi ghall-jedd fondamentali tal-helsien minn arrest jew detenzjoni arbitrarja li bihom persunatigi mcahhda mil-liberta' personali. Dak l-artikolu jahseb f'ghaxar cirkostanzi fejn, minkejja tali cahda u b'awtorizzazzjoni tal-ligi, dak il-jedd ma jitqiesx miksur.

Min ikun arrestat jewmizmum ghandu, fil-waqt tal-arrest jew zamma, jigi mgharraf b'ilsien li jifhem bir-ragunijiet ghal dak l-arrest jew zamma. Il-ligi trid ukoll li kull min jigi arrestat jew mizmum biex jitressaq quddiem qorti (fl-ezekuzzjoni tal-ordni taghha) jew fuq suspett ragonevoli li jkun wettaq jew sejjer iwettaq reat kriminali, ghandu jitressaq quddiem qorti mhux aktar tard minn tmienja u erbghin (48) siegha minn dak l-arrest jew zamma, jekk ma jkunx sejjer jinheles minnhom qabel.

F'kaz ta' persuna suspettata ragonevolment bit-twettiq ta' reat, din trid tinheles, jew b'kundizzjonijiet ragonevoli jew minghajrhom, jekk kemm-il darba dik il-persuna ma tistax tigi gudikata fi zmien ragonevoli.Il-kundizzjonijiet imsemmija jridu jkunu ta' ghamla u htiega li bihom il-persuna hekk mehlusa jkun zgurat li tidher f'data aktar tard ghall-kawza taghha (dwar dak ir-reat) jew proceduri preliminari marbutin maghha. Kull min jigi arrestat jew mizmum arbitrarjament minn xi haddiehor, ghandu jedd ifittex ghall-kumpens minn dik il-persuna.

L-artikolu 5 tal-Konvenzjoni jipprovdi li hu dritt ta'kull persuna ghal-liberta' u s-sigurta' taghha, u hadd m'ghandu jigi mcahhad mill-helsien tieghu.Dak l-artikolu wkoll isemmi sitt cirkostanzi li huma meqjusa l-eccezzjoni ghal dan il-jedd, jekk kemm-il darba jkunu skond procedura preskritta mil-ligi.

Il-kazijiet mahsuba fl-artikolu 5(1)tal-Konvenzjoni, hlief ghall-ewwel cirkostanza, kollha japplikaw f'kuntest fejn ma jkunx ghad hemmkundanna definittiva u fejn ir-ragunijiet mahsuba ghac-cahda tal-liberta' tal-persuna huma kollha “kawtelatorji” ghal xi ghan jew iehor marbut mal-ordni pubbliku. Ghalhekk inghad li dawk ic-cirkostanzi ghandhom jinghataw tifsira ristretta ghall-ahhar u m'ghandhom bl-ebda mod jitwessghu b'tigbid jewb'analogija, ghaliex ilkoll jimmilitaw kontra l-principju li l-bniedem huwa meqjus innocenti sakemmma jkunx instab hati, u kif ukoll tal-principju konvenzjonali ewlieni li l-helsien tal-bniedem huwaprijorita'.

Kemm l-artikolu 34 tal-Kostituzzjoni u l-artikolu 5 tal-Konvenzjoni jishqu dwar il-legalita' tal-arrest jew zamma, ukoll f'dawk ic-cirkostanzi tassativi li jitqiesu bhala l-eccezzjoni ghar-regola. Din il-legalita' hija marbuta mal-ezistenza ta' dispozizzjoni fil-ligi li tippermetti arrest jew zamma bhal dik.

Iz-zewg Artikoli jitkellmu wkoll dwar il-htiega ta' suspett ragonevoli biex isahhah arrest jew zamma f'cirkostanzi bhal dawk. Il-kriterju tar-ragonevolezza, ghalkemm b'elementi soggettivi, ghandu jkun wiehed oggettiv. Ghaldaqstant ghandu jkun hemm il-bidu ta' provi cari li jqanqlu f'dak li jkun konvinciment morali li hija l-persuna suspettata u mhux haddiehorli ghandu rabta mar-reat imwettaq jew li sejjer jitwettaq, u dan kif kienu jidhru c-cirkostanzi fil-waqt tal-arrest jew taz-zamma. Jehtieg ukoll li tali suspett ragonevoli jibqa' jsehh f'kull waqt li l-persuna tkun arrestata. Malli jintemm is-suspett ragonevoli, jew malli jaqbez iz-zmien ragonevoli li jiggustifikah minnufih irid jintemm l-arrest jew iz-zamma. Madankollu, m'huwiex mistenni li fil-waqt tal-arrest, il-Pulizija jkollha diga' provi u xhieda bizzejjed biex bihom tista' minn dak il-hin tressaq b'arrest lill-persuna suspettata.

Ghall-finijiet tal-artikolu 5(1)(c) tal-Konvenzjoni, minbarra l-htiega ta' suspett ragonevoli fil-persuna arrestata jew mizmuma f'kull waqt tal-arrest jew taz-zamma taghha, jrid jigi muri wkoll li c-cirkostanzi kienu tali li jiggustifikaw ic-cahda tal-liberta' personali tas-suspettat.

Il-Qorti tqis li l-arrest tar-rikorrent, sakemm danbaqa' fis-sehh, ma kien bl-ebda mod imtebba' b'illegalita' u ghalhekk ma jistax jinghad li dak l-arrest kien wiehed arbitrarju. It-talba tar-rikorrent kwantu imsejsa fuq dan l-ilment ghalhekk ma hijiex qeghda tintlaqa'.

It-tieni ilment tar-rikorrent jittratta dwar l-effetti migjuba bl-artikolu 581 tal-Kodici Kriminali fuq il-possibilta' tieghu li, izjed ‘il quddiem fl-istess kawza penali,ikun jista' jerga' jressaq talba biex mill-gdid il-Qorti Kriminali tista' tqis l-ghoti lilu tal-liberta' provizorja. L-artikolu 581 huwa marbut sfiq mal-artikolu 579 li jfisser x'inhuma l-effetti li jinstiltu meta persuna ma tharisx xi wahda mill-kundizzjonijiet maghmula f'ordni li jkun taha l-liberta' provizorja. Tali effetti jigu decizi minn Qorti wara li tkun adita ghal dan il-ghan; dawk l-effetti la huma awtomatici u lanqas amministrativi.

Is-setgha ta' din il-Qorti li tqis ic-cirkostanzi tal-ghoti, c-cahda jew ir-revoka tal-liberta' provizorja hija wahda limitata fis-sens li m'ghandhiex tindahal f'dawk l-aspetti li jaqghu fis-setgha mhollija f'idejn qrati ohrajn bir-rieda tal-ligi. Il-kompetenza ta' Qorti Civili fil-vesti kostituzzjonali taghha hija limitata li tizgura li d-dritt fondamentali tal-akkuzat ghall-helsien mill-arrest preventiv (sakemm ghadhom ghaddejjin procedurikriminali kontrih) ikun imhares u mizmum fil-limiti stabiliti mill-Kostituzzjoni jew mill-Konvenzjoni. Dan isir billi jigi assikurat li Qorti kompetenti li tqis talba ghall-helsien mill-arrest preventiv (kemm jekk tilqa' tali talba, kemm jekk tichadha u kif ukoll jekk tara li kien hemm ragunijiet siewja biex tirrevoka ordni precedenti) tkun ghamlet dan b'applikazzjoni u rispett shih tal-garanzijikostituzzjonali jew konvenzjonali. U din il-Qorti m'ghandhiex tindahal aktar fl-operat ta' Qorti bhal dik sakemm ma jkunx jidher “eccess manifest fl-applikazzjoni” taghha ta' dawk il-principji jew kriterji kostituzzjonali jew konvenzjonali.

F'dan il-kaz ma jirrizulta l-ebda ksur ta' xi jeddtar-rikorrent imhares mill-Kostituzzjoni jew mill-Konvenzjoni u li b'xi mod jista' jwassal lil dinil-Qorti biex tistharreg hi dawk il-procedimenti.

L-artikoli 34 tal-Kostituzzjoni u 5 tal-Konvenzjoni jimponu kundizzjonijiet ristretti, ghalkemm rilevanti, li jillimitaw it-tgawdija tal-jedd ghall-harsien minn arrest jew detenzjoni arbitrarja. L-arrest minhabba nuqqas ta' tharis ta' ordniskond il-ligi ta' xi Qorti hija wahda minnhom.

Id-dispozizzjonijiet tal-artikolu 5(3) tal-Konvenzjoni jistghu jitqanqlu biss fil-qafas ta' arrest li ghalihom japplika l-artikolu 5(1)(c) u mhux wiehed li ghalih japplika l-artikolu 5(1)(b), u dan billi wiehed ghandu jaghmel distinzjoni bejn arrest preventiv u “privazzjoni tal-liberta' personali in segwitu ghal kundanna minn Qorti”. Il-Qortihija tal-fehma meqjusa li decizjoni li biha Qorti Maltija kompetenti tichad talba ghall-helsien provizorju ta' persuna akkuzata jew tordna l-arrest mill-gdid ta' persuna li kisret xi kundizzjoni tal-liberta' provizorja li kienet inghatat, jaqghu sewwasew taht it-tifsira ta' ordni maghmul u ezentatmill-artikolu 5(1)(b) tal-Konvenzjoni jew l-artikolu 34(1)(c) tal-Kostituzzjoni.

Din il-Qorti tiddikjara li t-tressiq tar-rikorrent b'arrest quddiem il-Qorti tal-Magistrati (Malta) bhala Qorti Istruttorja ma kienx bi ksur tal-jedd tieghu taht l-artikolu 34 tal-Kostituzzjoni jew l- artikolu5 tal-Konvenzjoni; u lanqas ma jirrizulta li n-nuqqas ta' determinazzjoni minn dik il-Qorti tal-gustifikazzjoni tat-tressiq b'arrest tar-rikorrent kiser il-jedd tar-rikorrent taht l-artikolu 5(3) tal-Konvenzjoni. L-istess Qorti tiddikjara ukoll li l-artikolu 581 tal-Kodici Kriminali ma jikser l-ebda wahda mill-artikoli 34 u 34 tal-Kostituzzjoni jew l-artikoli 5(3) u 6 tal-Konvenzjoni. Ghaldaqstant l-arrest tar-rikorrent ma kienx abbusiv jew illegali u tikkundanna lir-rikorrent ihallas l-ispejjez tal-kawza.








Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni