Reference: 1447/1992/1

Judgement Details


Date
31/01/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
BORG CHARLES NOE vs VELLA FRANCIS ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
CMR CONVENTION, ESKLUZJONI TA` RESPONSABILITA` MINHABBA KAZ FORTUWITU JEW FORZA MAGGURI - KAZ FORTUWITU, ELEMENTI TA` - KAZ FORTUWITU, EVITABILITA` TA` - KAZ FORTUWITU, PREVEDIBILITA` TA` - KUNTRATT, KLAWSOLA TA` EZONERU - VETTURAL, RESPONSABILITA` FIL-KAZ TA` SERQ TAL-MERKANZIJA - VETTURAL, RESPONSABILITA` TA`
Summary
Il-konvenzjoni tac-CMR bhal kull konvenzjoni jew ligi ohra, tahseb ukoll ghall-ezoneru mir-responsabilita' jekk it-telf, dannu jew dewmien ikun il-konsegwenza, inter alia, ta' "circumstances which thecarrier could not avoid and the consequences of which he was unable to prevent" (Art 17 (2)).

F'sitwazzjoni bhal din l-oneru tal-provi jinkombi b'logicita` lit-trasportatur.

Ic-cirkostanzi li ghalihom jirreferi l-artikolu citat 17 (2), jkopru zewg sitwazzjonijiet distinti, definiti bhala "force majeure" u "cas fortuit".

Dwarhom jinghad illi ta' l-ewwel tindika xi haga imposta fuq it-trasportatur minn terz b`poter koercittiv de facto hew de iure. Dan jinkludi Att ta` Stat,rekwizizzjoni Governattiva jew l-effetti ta` strikes jew azzjoni industrijali ohra. Madanakollu, tkopri wkoll cirkostanza accidentali li tmur lil hinn mill-kors normali ta` l-eventi fl-ambjent li fihissehh, event li la huwa fil-poter tal-bniedem jew prevedibbli jew evitabbli fil-gudizzju tieghu, bhal incident tan-natura. Il-kaz ta` "Cas fortuit" minn naha l-ohra tammonta ghal cirkostanza accidentali kagunata mix-xorti, li hija estranea ghall-attivitajiet normali tat-trasportatur, u li mhix prevedibbli jeew evitabbli, li pero` ssehh waqt u fit-twettieq tal-kuntratt, bhal per ezempju nar gewwamahzen.

Il-vera portata ta' dawn iz-zewg kuncetti, li certi awturi jqisu sinonimi u ohrajn,li ma humiex, tircievi l-interpretazzjoni mill-ezami tad-decizjonijiet. Jigi rilevat illi gurisdizzjonijiet differenti jaghtu lil dawn il-kuncetti tifsira mhux dejjem uniformi. Kollox pero' hu rigwardat mill-ottika tal-fattispeci partikolari.

Koncettwalment pero' jidher li l-punt rikorrentimhux tant jekk f'kazijiet konsimili l-vettural kienx, jew le negligenti, izda, u dan ghallanqas fil-kazistika Ingliza fil-kazijiet ta' serq fl-ambitu ta' dan is-suggett, jekk il-vettural seta` jevital-fatt u jipprevjeni l-konsegwenzi tieghu. Jekk jigi accertat li dan seta' jaghmlu, jitqies li kienresponsabbli minkejja jekk jigi valutat bi kriterji ta` negligenza ma jitqiesx li jkun gab ruhu b`mod irragjonevoli fin-nuqqas li jeghleb ir-riskju.

Fil-ligi taghna dawn l-istess kuncetti - 'force majeure' u 'cas fortuit' huma kodifikati fl-Art. 1029 tal-Kodici Civili li jipprovdi li "kullhsara li tigri b'accident jew b'forza magguri, ibatiha, fin-nuqqas ta' disposizzjoni espressa tal-ligi li tghid il-kuntrarju, dak illi fuq il-persuna jew il-beni tieghu tigri l-hsara."

Fil-kazijiet ezaminati l-iskrutinju li jsir mill-qrati huwa dak li jaraw jekk l-att kienx precedut minn attjew ommissjoni kolpuza. Jekk ma hemm l-ebda konnessjoni bejn il-fortuwitu u l-eghmil, doluz jew kolpuz ta' l-agent, allura issehh l-effikacja tal-kaz fortuwitu bhala "mezzo liberatore della responsabilita`".

Ghal kuntrarju meta tirrikorri l-vjolazzjoni ta` xi dmir, u omissjoni volontarja ta`diligenza u li minhabba fiha ma jigux preveduti l-konsegwenzi tal-azzjoni u ommissjoni proprja u b`hekk jigu vjolati d-drittijiet ta` haddiehor, anki jekk minghajr rieda u anki minghajr konsapevolezza, ma jirrikorrix il-kaz fortuwitu, izda l-culpa u l-kwazi delitt.

Jinsab ritenut illi "s-serq ghandu jkun ekwiparat ghal kaz fortuwitu u ghalhekk ghandu jsofrieh il-proprjetarju tal-oggett misruq, ammenoche ma jkunx hemm xi htija ta' min kien depozitarju ta' dak l-oggett li titfa' l-htija fuqu ta' dak il-kaz fortuwitu".

Meta jkun hemm ammissjoni da parti tat-trasportatur li l-merkanzija li kien qed igorr insterqet tmiss lilu l-prova li s-serq sar, u li dan kien ghalih, mhux biss imprevidibbli, imma anke inevitabbli.

Fil-kaz ta' "rapina" bl-armi kondott direttament fuq il-persuna, il-logika u r-raguni jiddettaw li l-persuna rapinata ghandha kull dritt thares l-inkoluminita` taghha minn kull perikolu jew riskju ghal hajjitha; l-ezistenza tal-kostringiment impost fuqhajeskludu n-negligenza u jirrendu l-incident inevitabbli.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info