Referenza: 228/2002

Dettalji tas-Sentenza


Data
04/02/2003
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT
Partijiet
IL-PULIZIJA (SPT.Y. FARRUGIA vs CUTAJAR KARMENU
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DIFIZA LEGITTIMA, ELEMENTI MEHTIEGA - DIFIZA LEGITTIMA, PROPORZJONALITA`
Fil-Qosor
Biex wiehed ikun jista' jeccepixxi b'success il-legittima difeza skond l-Artikolu 223 tal-Kodici Kriminali hu mehtieg li jirrizulta, imqar fuq bazi ta' probabbilita`, li l-akkuzat ikun ikkaguna offizafuq il-persuna (jew, fil-kaz ta' akkuza ta' omicidju volontarju, ikun qatel) biex jiddefendi ruhhujew biex jiddefendi lil haddiehor minn hsara ingusta, gravi u inevitabbli. Hsara hi meqjusa li tkungravi jekk tkun diretta lejn l-inkolumita` personali ta' dak li jkun, jigifieri jekk dak li jkun (uli allura jagixxi biex jeddefendi lilu nnifsu jew lil haddiehor billi jipprova jevita dik il-hsara)jirravviza offiza fuq il-persuna tieghu jew ta' haddiehor gejja mill-persuna li kontra taghha jagixxi. Il-hsara, pero`, trid tkun ukoll inevitabbli, fis-sens li tkun attwali (jigifieri ta' dak il-hinstess, mhux semplici manacca ta' xi haga fil-futur), improvvisa u impreveduta, u li ma tkunx tista'tigi ragjonevolment evitata b'xi mod iehor hlief billi dak li jkun jikkaguna l-offiza fuq il persunata' l-aggressur jew joqtlu. Fl-ahhar nett, il-hsara tkun ingusta jekk ma tkunx ordnata jew permessa"mil-ligi jew mill-awtorita` legittima". Jehtieg finalment li jkun hemm element ta' proporzjonalita` bejn il-perikolu ravvizat u l-mezz adoperat biex jigi evitat dak il-perikolu; in mankanza ta' taliproporzjonalita` jkun hemm l-eccess tal-legittima difeza ravvizat fl-Artikolu 227(d) tal-Kodici Kriminali, b'mod li min skriminanti (legittima defiza minghajr eccess) ikun hemm semplici skuzanti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni