Referenza: 219/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/01/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
PACE RAYMOND C.
Partijiet
CARBONARO JOHN vs CARBONARO MARY ANNE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
MANTENIMENT, OBBLIGU TAL-HLAS TA` - MANTENIMENT, VARJAZZJONI TA`
Fil-Qosor
Il-partijiet fiz-zwieg ghandhom l-obbligu, kull wahda minnhom skond il-mezzi u l-hila taghhom, li jahdmu kemm fid-dar kif ukoll barra mid-dar kif jinhtiegu l-interessi tal-familja, li jmantnu lil xulxin u li jikkontribwixxu ghall-htigijiet tal-familja.

L-artikolu 20 tal-Kap 16 jipprovdi li:

(1) Il-manteniment ghandu jinghata skond il-bzonn ta' min jitolbu u l-mezzi ta' min jaghtih.

(3) Meta jitqiesu l-mezzi ta' min hu obbligat ghall-manteniment, ghandu jinghad biss il-qlieghtieghu mix-xoghol tal-professjoni, arti jew sengha, is-salarju jew il-pensjoni tieghu moghtija mill-Gvern jew minn haddiehor, u ta' utli tal-beni, sew mobbli kemm immobbli.

Sabiex tirnexxi talba ghall-varjazzjoni tar-retta alimentari stabilita b`sentenza, l-attur irid jipprova dak li hemm provdut fl-artikolu 21 tal-Kap 16, li huwa ma jistax aktar jaghti dak il-manteniment jew parti minnu,u li jwassal ghall-konsegwenti tnaqqis jew eliminazzjoni tal-istess somma ffissata, jew bi ftehim jew b'sentenza tal-Qorti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni