Referenza: 21/2000

Dettalji tas-Sentenza


Data
09/01/2003
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (SUPERIOR)
Ġudikatura
FILLETTI JOSEPH A., CAMILLERI GINO, SCICLUNA DAVID
Partijiet
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA vs IBRAHIM ELHAMSHI ELGHAOUD U ALI AIBRAHIM ALGAOUD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
PROVA, AMMISSIBILITA` TA` - PROVA, RELEVANZA TA`
Fil-Qosor
Il-kuncett ta' ammissibilita` riferibbilment ghall-mezz ta' prova ghall-finijiet ta' l-artikolu 438tal-Kodici Kriminali proprjament jitqies bhala riferibbli ghal 'le condizioni richieste dalla leggeper essere ricevuto in giudizio' jew ghal le condizioni giuridiche del mezzo di prova in se stesso',bhala distint mis-semplici rilevanza 'ut sic'.

Xi drabi jista' jaghti l-kaz li l-kwistjoni ta' rilevanza tmur aktar 'il boghod u tipprezenta ruhha marbuta ma' dik ta' l-ammissibilita` fis-sensproprju hawn fuq imsemmi in kwantu li per ezempju tincidi fuq principji ohra, bhallikieku fil-kaz ta' xhieda tendenti li jippruvaw il-kummissjoni da parti ta' l-akkuzat ta' atti kriminali (jew komunkwe: 'wrongful') differenti minn dawk koperti mill-att ta' l-akkuza.

Meta pero` si tratta ta'kwistjoni ta' mera rilevanza 'ut sic', din hija tradizzjonalment imhollija ghall-apprezzament ta' l-Imhallef tal-mertu fil-kompetenza tieghu.

Fl-istadju preliminari, dak li l-Qorti Kriminali ghandha tiddeciedi fit-termini ta' l-artikolu 438 tal-Kodici Kriminali hija l-ammissibilita` ta' provabhala kontrapposta ghar-rilevanza ta' l-istess prova, b'dan li indipendentement mill-fatt li sussegwentement l-istess prova tista' tigi regolata jew addirittura eskluza bhala irrilevanti fl-istadju tas-smigh tal-provi, l-istess m'ghandhiex tigi preventivament u aprioristikament eskluza jekk tista'tirrizulta rilevanti ghall-'facts in issue".




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni