Reference: 6/1996

Judgement Details


Date
23/01/2003
Court
OF CRIMINAL APPEAL (SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, FILLETTI JOSEPH A., SCICLUNA DAVID
Parties
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA vs LAWRENCE ASCIAK SIVE AXIAK
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
GURI, DOVER TA` L-IMHALLEF LI JZOMM IL-BUON ORDNI TAS-SEDUTA U LI JREGI S-SMIGH TAL-KAWZA - GURI, INTERVENTI MILL-IMHALLEF - PROVA, APPREZZAMENT TAL-QORTI TAL-APPELL
Summary
Intervent mill-imhallef waqt guri jwasslu ghat-thassir tas-sentenza li tkun sabet il-htija ta` l-imputat jekk:

a) l-intervent kien tali li jistieden lill-gurija li ma temminx il-provi tad-difiza b'mod li tali agir ma jkunx jista` jigi sanat b'applikazzjoni tal-principju li fl-indirizz lill-gurati jinghad li l-apprezzament tal-fatti huwa mholli lill-gurati u li l-gurati jistghu jinjoraw kullhaga li l-imhallef ikun qal dwar il-fatti u li maghha huma ma jkunux jaqblu;


b) l-intervent ikun tali li jirrendi l-kompitu ta` l-avukat difensur impossibbli;

c) l-intervent ikun effettivament ipprevjena lill-akkuzat jew xhud tad-difiza milli jghid il-fatti bil-mod li jixtieq hu

Meta wiehed jikkonsidera l-effett ta` l-interventi maghmula mill-imhallef, l-aspett kritiku ta` l-investigazzjoni huwa l-kwalita` t' l-interventi hekk kif jirrelataw ma' l-attitudni tal-imhallef hekk kif tista tigi osservata mill-gurija u l-effett li l-interventi kellhom fuq it-tnedija ordinata, appozita u lucida tal-kaz tad-difiza da parti ta' l-avukat tad-difiza jew fuq l-efficenza ta` l-attakk maghmul f'isem l-akkuzat fuq xhieda vitali tal-prosekuzzjoni permezz tal-kontro-ezami ta' l-avukat tad-difiza.

Fl-ahhar mill-ahhar il-kwistjoni hija jekk il-kaz tal-akkuza hekk kif prezentat lill-gurija fuq il-kawza kollha kemm hi, inkluz il-produzzjoni u l-ezami tal-provi, is-sottomissjonijiet tal-avukat u l-indirizz ta` l-imhallef, kienu tali li l-verdett tal-gurija jista` jkun wiehed perikoluz.

Fost id-doveri tal-Qorti waqt il-guri, hemm dawk li zzomm il-bon-ordni tas-seduta u li triegi s-smigh tal-kawza (art. 436(3)(a)(b) tal-Kodici Kriminali). L-istess Kodici jipprovdi wkoll ghall-ordni li ghandu jithares fis-smigh tax-xhieda (art. 459) u ghad-dritt tal-kontro-replika wara r-replika tal-prosekuzzjoni (art. 464).

Ghal dak li jirrigwarda l-apprezzament tal-provi - ezercizzju li l-ligi tirrizerva ghall-gurati fil-kors tal-guri - il-Qorti ta` l-Appell ma tistax tiddisturba l-apprezzament li huma ghamlu, anke jekk ma tkunx necessarjament taqbel mija fil-mija mieghu, jekk huma setghu legittimament u ragonevolment jaslu ghall-verdett li jkunu waslu ghalih.Jigifieri l-funzjoni tal-Qorti ta` l-Appell ma tirrizolvix ruhha f'ezercizzju ta' x'konkluzjoni kienet tasal ghalih hi kieku kellha tevalwa l-provi migbura fi prim'istanza, imma li tara jekk il-verdett milhuq mill-gurati, inkwadrat fil-provi prodotti, setax jigi ragonevolment u legittimament milhuqminnhom. Jekk il-verdett taghhom huwa regolari f'dan is-sens, il-Qorti ma tiddisturbahx.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info