Reference: 458/1996/1

Judgement Details


Date
10/12/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
ELLUL JOSEPH vs CUTAJAR DR. ANTHONY ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
FILJAZZJONI, AMMISSJONI TAL-OMM - FILJAZZJONI, AZZJONIJIET RELATTIVI - FILJAZZJONI, IMPUNJAZZJONI TAL-LEGITTIMITA` - FILJAZZJONI, KUNCETT TA` IMPOSSIBILITA` FIZIKA - FILJAZZJONI, META L-AZZJONI TAHT L-ARTIKOLU 77 TAL-KAP. 16 MA TKUNX TISTA` TIGI EZERCITATA - FILJAZZJONI, PUSSESS TA` STAT LEGITTIMU
Summary
L-artikolu 77 tal-Kap 16 jghid testwalment li:-

"Il-legittima' ta' tifel imwieled matul iz-zwieg tista' tigi attakata wkoll minn kull min ikollu interess, jekk jipprova illi, fiz-zmien bejn it-tlett mitt gurnata u l-mija u tmenin gurnata qabel it-twelid tat-tifel, ir-ragel kien fl-impossibilita fizika li jghammar ma martu minhabba li kien il-boghod minnha".

L-artikolu 81 tal-Kap 16jipprovdi li:-

"(1) Hadd ma jista' jitlob stat kuntrarju ghal dak li jaghtuh l-att tat-twelidbhala iben legittimu u l-pussess ta' stat li jaqbel ma dak l-att.

Hekk ukoll, hadd ma jista'jattaka l-istat tal-iben legittimu ta' tifel li jkollu l-pussess ta' stat li jaqbel ma l-att tat-twelid tieghu".

Huwa car li l-hsieb tal-ligi huwa dak li jipprotegi l-istat ta' legittimita tal-persuna, la darba din twieldet fiz-zwieg, u la darba l-istat tal-istess minuri huwa konformi mal-istess diskrezzjoni wkoll hajja tieghu, hekk mizmum fir-rejalta' socjali bhala iben l-istess konjugi.

Dan huwa applikazzjoni tal-principju antik 'pater is est quem justae nuptiae demonstrat'.

L-artikolu 67 tal-Kap 16 jipprovdi li:- "L-iben imnissel matul iz-zwieg jitqies li hu bin zewgommu".

Hemm tlett azzjonijiet permessibbli fil-ligi taghna sabiex tigi attakkata l-legittimita' ta' l-ulied u cioe':-

L-azzjoni ta' diskonoxximent jew ta' denegata paternita' a bazi tal-artikolu 70 tal-Kap 16 li hija miftuha ghar-ragel li fic-certifikat tat-twelid huwa ndikat bhala missier it-tifel imwieled fiz-zwieg, u dan fil-kazijiet indikati tassativament fis-subartikolu (1) (a)sa (d), liema azzjoni tattakka l-presunzjoni "pater est quae iustiae demonstrat", u twassal biss mhux biex jigi determinat il-missier tat-tarbija imma biss ghad-dikjarazzjoni li r-ragel ta' l-omm mahuwiex il-missier, liema azzjoni ghandha tigi prezentata fit-termini stretti moghtija fl-artikolu 73tal-Kap 16.

It-tieni azzjoni hija dik moghtija biss lit-tifel ai termini tal-artikolu 84 sabiex jitlob l-istat ta' iben legittimu u ghaliha japplikaw ir-regoli stabbiliti fl-artikoli 82 sa 85tal-Kap 16. L-azzjoni tat-tfittxija ta' paternita' hija moghtija biss lit-tifel u hija estiza lill-werrieta jew dixxendenti tieghu fil-kaz biss previst mill-ligi.

It-tifel ghandu d-dritt li jitlob stat kuntrarju ghal dak li jaghtih l-att tat-twelid meta ma jkollux pussess ta' stat konformi ma' l-att tat-twelid, u ebda limitazzjoni ohra ma timponilu l-ligi ghall-ezercizzju ta' dik l-azzjoni.Ghaldaqstant lilu ma tolqtux il-limitazzjoni li tolqot lil persuni ohra interessati, konsistenti f'illi huma jkollhom jippruvaw l-impossibilita' fisika ta' koabitazzjoni tal-presenti genituri tat-tifel fi zmien rilevanti minhabba lontananza.

Meta t-tifel ma hux ostakolat fl-ezercizzju ta' l-azzjoni ta' ricerka tal-paternita' tieghu bil-fatt li dik l-impossibilita' fisika ma tirrizultax; l-unika limitazzjoni li tolqtu hija dik illi tolqtu meta huwa jkun jippossjedi stat konformi mal-att tat-twelid tieghu.

Il-fatt li r-ragel ta' omm it-tarbija kien presenti Malta u kellu il-possibilita' li jkollu relazzjoni ma' martu, ma ghandu jkun ta' ebda xkiel fl-indagini li ghandha ssir sabiex tigi stabbilita l-identita' tal-missier naturali tal-istess attur.

It-tielet azzjoni hija dik kontemplata fl-artikoli 76 u 77 tal-Kap 16 fejn ghal dak li huwa relevanti ghal dik il-kawza fl-artikolu 77 jinghad li:-

Il-legittimita' ta' tifel imwieled matul iz-zwieg tista' tigi attakkata minn kull min ghandu interess, jekk jipprova illi, fiz-zmien bejn it-tlett mitt gurnata u l-mija u tmenin gurnata qabel it-twelid tat-tifel, ir-ragel kien f'impossibilita' li jghammar ma' martuminhabba li kien il-boghod minnha.

Din l-ahhar azzjoni imsemmija ta' impunjazjoni ta' legittimita' hija miftuha ghal kull terz, inkluz lill-omm u lill-istess tifel peress li hija disponibbli ghal min ghandu interess, inkluz il-persuna li tallega li hija missier it-tifel.

Minn dan kollujirrizulta li l-ligi taghti l-opportunita' lill-diversi persuni fil-parametri hemm indikati, u bissbl-azzjonijiet fuq indikati sabiex tigi denagata l-paternita' jew anke kontestata l-legitimita`.

Pero' l-azzjoni a bazi tal-artikolu 77 hija subordinata ghal dak li hemm provdut fl-artikolu 81 li jipprovdi li l-istat ta' iben legittimu ma jistax jigi attakkat minn hadd, lanqas mill-iben innifsu jekk il-minuri ikun akkwista l-istatus ta' iben legittimu mill-att tat-twelid u l-pussess tal-istess stat li jaqbel ma tali att.

Fi kliem iehor l-azzjoni ittentata skond l-artikolu 77 sabiex tirnexxi trid issir fl-ewwel lok a bazi ta' iben jew bint li skond l-att ta' twelid ma jkunx ikkunsidrat bhala legittimu, jew ghalkemm l-istess att ta' twelid jikkunsidrah legittimu, huwa ma jkunxjippossedi l-istess stat ta' legittimu.

Illi l-pussess ta' l-istat ta' iben legittimu skond l-artikolu 80 tal-Kap. 16 huwa "stabbilit minn gabra ta' fatti, mehudin flimkien, li jiswew biex jurur-rabta ta' filjazzjoni u ta' demm bejn it-tifel u l-familja li hu jghid li hi il-familja tieghu.

L-ewlenin fost dawn il-fatti huma:-

illi t-tifel ikun gieb dejjem il-kunjom tal-missierli tieghu jghid li huwa l-iben;

illi l-missier ikun trattah bhala ibnu, u, f'dik il-kwalita'haseb ghall-manteniment u edukazzjoni tieghu, u sabiex jikkollokah;

illi t-tifel gie dejjemmaghruf bhala tali min-nies;

(d) illi huwa ikun maghruf bhala tali mill-familja".

Huwa biss jekk ikun hemm "nuqqas ta' att ta' twelid jew tal-pussess ta' stat (u dan skond kif definit fl-Artikolu 80 tal-Kap 16) inkella jekk it-tifel ikun gie registrat taht isem falz, . . . li l-prova tal-filjazzjoni tista' ssir b'xhieda ohra li tista' tingieb skond il-ligi".

Din hija l-unika konkluzjoni logika li tista' tinghata meta jigu mqabbla l-artikoli 81 mal-artikolu 77, stante lil-kundizzjoni kontenuta fl-artikolu 77 dwar l-impossiblita' fizika, hija wkoll kondizzjoni ohra li kull persuna ohra, apparti l-minuri jekk dan jagixxi ai termini tal-ligi.

Minn dan johrog carli jekk iben jew bint ikollhom stat ta' wild legittimu, u jkollhom ukoll il-pussess tal-istess statkonformi mal-att ta' twelid, hadd ma jista' jattakka dan l-istat a bazi tal-artikolu 77 anke jekk tigi ippruvata l-impossibilita' fizika ndikata fl-istess artikolu.

Id-dikjarazzjoni ta' l-ommghalkemm wahedha mhux bizzejjed, xorta ghandha l-piz taghha.

Dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 77 u dwar il-kuncett ta' "impossibilita' fizika" jinghad li "l-impossibilita' fizika li ghalihahemm riferenza ghandha tkun wahda li setghet taffetwa b'xi mod il-koncepiment tat-tarbija".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info