Reference: 2670/1999/1

Judgement Details


Date
08/01/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
FILLETTI JOSEPH A., CARUANA DEMAJO GIANNINO, CAMILLERI GINO
Parties
HARVEY CATHARINA vs DR CARUANA GALIZIA PETER
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
GURISDIZZJONI, MUMENT RELEVANTI SABIEX TIGI STABILITA - GURISDIZZJONI, PERSUNA LI TKUN QEGHDA F`MALTA
Summary
L-Art. 742 tal-Kap. 12 jiddisponi s-segwenti:

742. (1) Bla hsara ta' fejn il-ligi tiddisponiespressament xort'ohra, il-Qrati Civili ta' Malta minghajr ebda distinzjoni jew privilegg, ghandhomgurisdizzjoni biex jisimghu u jiddeciedu lkawzi kollha li jirrigwardaw il-persuni hawn taht imsemmija:

...

(b) kull persuna, sakemm jew ghandha d-domicilju taghha jew tkun toqghod jew tkun qeghda Malta;

Meta fl-artikolu 742, tal-Kap. 12, il-ligi tirreferi ghal "kull persuna" utabbinaha, fost ohrajn, ma' mera presenza, linja hawn qeghda necessarjament, tirreferi ghall-presenza tal-parti konvenuta fuq il-principju ta' "ubi te invenio, ibi te convenio". Diversament ikun tassew ifisser li jkun bizzejjed ghall-parti attrici li tkun jew tigi Malta u tharrek lil min trid indipendentement minn kull konsiderazzjoni ohra rigwardanti l-parti konvenuta - haga dina li legalment hija inaccettabbli.

Gie ritenut f'gudikati precedenti illi normalment il-punt relevanti sabiextigi stabilita l-gurisdizzjoni huwa dak tal-prezentata tac-citazzjoni. Madanakollu l-Qorti xorta wahda jkollha gursidizzjoni jekk il-konvenut ikun agixxa illegalment sabiex inezza' lill-Qorti mill-gurisdizzjoni.

Hawnhekk il-Qorti ikkonkludiet li meta l-attur jistitwixxi kawza kontra persunaf`Malta fuq il-presuppost li tali persuna tkun tinsab f`Malta proprju ghaliex tali persuna tkun frekrwentement f`Malta izda sussegwentement jirrizulta li l-konvenut ikun assenti, il-proceduri jkunu jistghu jitkomplew billi jigu nominati kuraturi sabiex jirrapprezentaw lill-assenti. Pero`, jekk taliprocedura ma tigix segwita, l-proceduri jkunu nulli.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info