Referenza: 1737/1995/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
25/05/2001
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Partijiet
ANTONCICH DR HENRY PRO ET NOE vs BEZZINA JEFFREY ET
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
LIBELL, ASSOCJAZZJONI TAL-LIBELLAT MA` TERZI - LIBELL, KORRETTEZZA TAL-FATTI - LIBELL, RESPONSABILITA` PERSONALI
Fil-Qosor
L-azzjoni civili tal-libell famuz tidher li torigina mill-massima ta' dritt illi kull azzjoni kriminuza taghti lok ghal proceduri gudizzjarji kontra min iwettaqa' kemm jekk fil-kamp ta' dritt kriminali, kif ukoll ta' dritt civili. L-Att dwar l-Istampa infatti jiddelimita l-parametri taz-zewg azzjonijiet li joriginaw mill-malafama bl-iskop li toffendi l-unur u l-fama ta' l-attur u li jesponuh ghar-ridikolu jew ghad-disprezz tal-pubbliku. L-Att delittwuz kellu necessarjament ikollu l-paternita'ta' l-individwu li jkun responsabbli ghalih u kien dak l-individwu li kellu, fl-ewwel lok, jirrispondi ghall-agir tieghu. Dan naturalment ma jfissirx li ma jistax ikun hemm ukoll responsabilita' indiretta ta' persuni ohra anke morali li, f'isimhom u ghalihom, il-persuna li tikkommetti l-ingurja tkun qeghda tagixxi. Ghalhekk jidher li mhux lecitu li l-konvenut jigi sostitwit f'nofs il-kawza mill-editur il-gdid tal-gurnal li jkun ippubblika artikolu inkriminat.

Huwa lecitu li f'gurnal wiehed isemmi business partners ta' persuna allegatament hatja ta' frodi kemm-il darba dawn ilfatti jkunu veritjeri u mhux malafamanti.

Hu inevitabbli li individwu kien necessarjament influwenzat minn persuni familjari u m'humiex li maghhom jassocja fl-attivita' li hu jikkonduci. Kull individwujista' jkun li kellu, tajjeb jew hazin jerfa' indirettament wkoll, jekk intortament, il-piz tal-kondotta ta' dawk il-persuni li setghet ukoll tesponih ghal-iskrutinju u apprezzament tas-socjeta', anke dik aktar wiesgha milhuqa mill-mezzi tal-komunikazzjoni. Interess li jista' jkun iva morbuz jew sensazzjonali imma jista' wkoll ikun semplicement mezz ta' informazzjoni u auto difiza tas-socjeta'.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni