Referenza: 711/2002/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
15/01/2003
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Partijiet
CHAIRMAN - PUBLIC BROADCASTING SERVICES LIMITED ET NOE vs AWTORITA' TAX-XANDIR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AUDI ALTERAM PARTEM, ILMENT SOSTANTIV - AUDI ALTERAM PARTEM, ILMENT TEKNIKU - AWTORITA` TAX-XANDIR, FUNZJONIJIET TA` - AWTORITA` TAX-XANDIR, GURISDIZZJONI TAL-QRATI LI JISTHARRGU L-GHEMIL TA` - AWTORITA` TAX-XANDIR, OBBLIGU LI JIGU ASSIGURATI IMPARZJALITA` U BILANC FIX-XANDIR - AWTORITA` TAX-XANDIR, RAPPORT MA` L-ENTITA` LI TIEHU HSIEB IX-XANDIR PUBBLIKU - STHARRIG TA` EGHMIL AMMINISTRATTIV, ABBUZ TA` SETGHA - STHARRIG TA` EGHMIL AMMINISTRATTIV, AUDI ALTERAM PARTEM - ILMENT SOSTANTIV - STHARRIG TA` EGHMIL AMMINISTRATTIV, AUDI ALTERAM PARTEM - ILMENT TEKNIKU - STHARRIG TA` EGHMIL AMMINISTRATTIV, BUONA FEDE TA` MIN JISTITWIXXI L-AZZJONI - STHARRIG TA` EGHMIL AMMINISTRATTIV, EZERCIZZJU TA` DISKREZZJONI - STHARRIG TA` EGHMIL AMMINISTRATTIV, GUDIZZJU JIKKOSTITWIXXI ATT AMMINISTRATTIV - STHARRIG TA` EGHMIL AMMINISTRATTIV, GURISDIZZJONI TAL-QRATI - STHARRIG TA` EGHMIL AMMINISTRATTIV, KOMPITU TAL-QORTI - STHARRIG TA` EGHMIL AMMINISTRATTIV, KUNSIDERAZZJONIJIET MHUX RILEVANTI - STHARRIG TA` EGHMIL AMMINISTRATTIV, ORDNI LI JKUN PRIMA FACIE VALIDU GHANDU JIGI OSSERVAT SALV ID-DRITT LI DAK L-ISTESS ORDNI JIGI KONTESTAT GUDIZZJARJAMENT - STHARRIG TA` EGHMIL AMMINISTRATTIV, RAGJONEVOLEZZA - XANDIR PUBBLIKU, OBBLIGI SPECJALI TAL-ENTITA` LI TIEHU HSIEB IX-XANDIR PUBBLIKU - XANDIR PUBBLIKU, OBBLIGU LI JIGU ASSIGURATI IMPARZJALITA` U BILANC FIX-XANDIR
Fil-Qosor
Fil-qasam tax-xandir liberalizzat u pluralistiku kif inhu llum f'Malta, hu xorta wahda mehtieg li tinzamm imparzjalita` xierqa f'materja ta' kontroversja politika jew industrijali kif ukoll f'materjata' current public policy;

Id-dmir li tinzamm din l-imparzjalita` jinkombi fuq kull min jaghti servizz ta' xandir ta' smigh jew ta' televizjoni, izda jinkombi b'mod specjali fuq is-servizzi pubblici tax-xandir, inkluza ghalhekk il-P.B.S., tenut kont ukoll tal-fatt li hija ffinanzjata in partiminn fondi pubblici;

Fejn tali imparzjalita` xierqa ma tinzammx, hemm id-dmir fuq l-Awtorita` tax-Xandir li tintervjeni u li taghti dawk id-direttivi kollha mehtiega sabiex dik l-imparzjalita`tigi ripristinata;

Sabiex tkun tista' twettaq dan id-dmir taghha, l-imsemmija Awtorita` ghandha poteri vasti u diskrezzjoni wiesgha hafna;

Dawn il-poteri u din id-diskrezzjoni ta' l-Awtorita` tax-Xandir iridu, izda, jigu ezercitati entro l-limiti ta' principji generali li fuqhom hijamibnija s-saltna tad-dritt f'socjeta` demokratika kif mifhuma fl-Ewropa llum; fi kliem iehor dawn il-poteri u din id-diskrezzjoni jridu jigu ezercitati (1) skond il-ligi, (2) b'mod ragjonevoli, u (3)b'mod li jigu mharsa d-drittijiet fondamentali tal-bniedem;

L-arbitru ahhari ta' jekk l-Awtorita` tax-Xandir tkunx agixxiet skond dawn il-principji generali jew, f'kaz li jigi allegat li l-Awtorita` tkun naqset milli tagixxi meta kellha suppost tagixxi, ta' jekk tkunx hekk naqset milli tagixxi, hija l-Qorti;

Meta l-Awtorita` tax-Xandir taghti ordni jew direttiva li tkun prima facie regolari fil-forma u fil-kontenut taghha, dak l-ordni jew dik id-direttiva ghandha, bhala regola, tigi minnufih obduta, salv id-dritt tal-persuna li taghti s-servizzi ta' xandir ta' smigh jew ta' televizjoni u li lilha jkun indirizzat dak l-ordni jew dik id-direttiva li tikkontesta il-legalita` ta' l-istess ordni jew direttiva u, jekk ikun il-kaz, tirreklama d-danni wara li tkun ottemperat ruhha mal-istess ordni jew direttiva.

Mhux il-kompitu tal-Qrati li jissostitwixxu d-diskrezzjoni taghhom ghal dik ta' l-Awtorita` tax-Xandir jekk kemm-il darba jirrizulta li ma hemm ebda invalidita` abazi tal-kriterji stabiliti mill-Art. 469A tal-Kap. 12. Fi kliem iehor, jista' jaghti l-kaz li d-decizjoni mehuda mill-Awtorita` tax-Xandir fil-kaz de quo ma kienitx l-aktar wahda felici li setghet tittiehed fic-cirkostanzi, u li Qorti, kieku kellha tiddeciedi hi kienet tiddeciedi b'mod differenti.Izda l-legislatur ried li tali decizjoni tittiehed minn awtorita` pubblika minnu mahluqa, b'kapacitajiet u b`taghrif specjalizzat, u b'poteri vasti biex tkun tista` tohloq dak il-bilanc gust u delikat fil-kamp tax-xandir li huwa essenzjali ghall-funzjonament tad-demokrazija.

Jekk jitqajjem ilment bazat fuq il-principju ta` audi alteram partem, fis-sens li awtorita` pubblika ma tatx l-opportunita` lill-privat li jaghmel is-sottomissjonijiet tieghu fit-tehid tad-decizjoni li tirrgwardah, il-Qorti taghti biss rimedju fejn dak l-ilment huwa wiehed fondat fis-sostanza u mhux semplicement ilment ta` natura teknika, fis-sens li indipendentement mill-kwistjoni ta` audi alteram partem, id-decizjoni fis-sustanza kienet ser tibqa` l-istess.

Hawnhekk gie ritenut li ma kien hemm xejn irragjonevoli f' decizjoni li biha l-Awtorita` tax-Xandir ordnat lill-Public Broadcasting Services Ltd,bhala xandar pubbliku, li xxandar b'xejn reklami tal-Partit Laburista fil-kampanja precendenti ghar-referendum dwar id-dhul ta` Malta fl-Unjoni Ewropea. Id-decizjoni tal-Awtorita` kienet intiza sabiex jinholoq bilanc fix-xandir in vista tar-riklami li kienu qed jixxandru mill-MIC fuq ix-xandir pubbliku. Huwa interessanti li wiehed jinnota li din id-decizjoni tqieset bhala wahda ragjonevoli minkejja li r-riklami tal-Partit Laburista kellhom jixxandru b'xejn filwaqt li dawk tal-MIC kienu qed jixxandru bi hlas. Il-Qorti ikkonfermat id-decizjoni tal-Awtorita` tax-Xandir fis-sens li l-principju ta' ekwilibriju fix-xandir pubbliku kellu jippredomina fuq kwistjonijiet ta` natura merament kummercjali.

Il-buona fede ta` min jistitwixxi azzjoni taht l-Art. 469A tal-Kap. 12 huwa element ghalkollox irrelevanti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni