Referenza: 637/1998/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/05/2001
Qorti
CONSTITUTIONAL
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Partijiet
GOLDVEST CO. LTD. vs ATTORNEY GENERAL ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ESTENSJONI TA` PERIJODI DISKREZZJONALI WAQT PROCEDURI TA` NATURA GUDIZZJARJA - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, IMPARZJALITA` SOGGETTIVA - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, INDIPENDENZA U IMPARZJALITA` TAL-QORTI JEW TRIBUNAL
Fil-Qosor
Apparti l-fatt illi l-ligi tipprovdi illi t-Tribunal Industrijali kellu jirregola l-procedura quddiemu, ma hemm xejn daqshekk stramb, insolitu, arbitrarju jew ingust, illi gudikant meta hekk ikun fil-ligi fid-dritt tieghu jghogbu jaghzel illi jestendi terminu minnu stess impost biex jaghti opportunita' lil xi parti biex tipprezenta att in difiza tal-kaz taghha. Sakemm it-termini ma jkunux dawk ta' dekadenza u jkunu jippermettu diskrezzjoni lill-gudikant fl-imposizzjoni taghhom, mhux biss kien permess illi t-Tribunal jadegwa l-procedura ghac-cirkostanzi, fid-diskrezzjoni tieghu, imma wkoll seta' jkun obbligat li hekk jaghmel fl-interess tal-gustizzja biex jaghti opportunita' shih ta' kontestazzjoni.

Meta tigi allegata parzjalita` ghar-ragunijiet inerenti mal-persuna partikolari li kienet qed tokkupa dik il-kariga ta` gudikant u mal-komportament taghha irid jintwera li fattwalmentli tali persuna ma gabitx ruhha b`imparzjalita` fil-konfront tar-rikorrent. F`dan il-kuntest huwa prezunt li l-gudikant kien imparzjali u hemm il-htiega li tigi pruvata parzjalita` attwali iktar minndubju legittimu. U biex wiehed jasal ghal din ic-certezza ta' prova kien evidentement mehtieg illi wiehed jikkonsidra l-kaz kollu kemm hu u mhux biss incidenti isolati go fih.

Kien naturalment l-obbligu tal-gudikant partikolari illi jirtira mill-kaz jekk fil-fehma tieghu jigi sollevat "a legitimate doubt" fir-rigward tal-imparzjalita' tieghu. Izda jekk dan ma jkunx il-kaz ma kienx indikat li jkun hemm sorprassessjoni sakemm il-materja tigi ventilata.

L-element soggettiv jehtiegli jsir ezami tal-fehma personali tal-gudikant f`kaz partikolari jqajjimx dubju dwar l-imparzjalita` jew indipendenza tieghu. Dawn huma prezunti sakemm ma jkunx hemm prova kontrarja li tistabilixxi l-parzjalita`. Din il-prova trid issir b`mod oggettiv.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni