Referenza: 35/1999/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
10/01/2003
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
SANT FOURNIER ALFRED KONTI vs BEZZINA WETTINGER FRANCIS
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DRITTIJIET, ELEMENTI NECESSARJI GHAL RINUNZJA TA` - DRITTIJIET, RINUNZJA F`KAZ TA` INERZJA - LOKAZZJONI, ACCETTAZZJONI TA` KERA MHUX NECESSARJAMENT TIMPLIKA AKKWIEXXENZA JEW APPROVAZZJONI - LOKAZZJONI, AKKWIEXXENZA JEW APPROVAZZJONI DA PARTI TAS-SID - LOKAZZJONI, DISTINZJONI BEJN CESSJONI U SULLOKAZZJONI - LOKAZZJONI, INAZZJONI DA PARTI TA` SID IL-KERA LI JKUN JAF LI SARET SULLOKAZZJONI - LOKAZZJONI, IS-SID MA JISTAX JIRRIFJUTA LI JACCETTA L-KERA B`MOD KAPRICCJUZ - LOKAZZJONI, MANAGEMENT AGREEMENT - LOKAZZJONI, META S-SID JIRRIFJUTA LI JACCETTA L-KERA - LOKAZZJONI, META SOCJETA` JEW ASSOCAZZJONI BEJN L-INKWILIN U TERZ TAMMONTA GHAL SULLOKAZZJONI
Fil-Qosor
Is-sullokazzjoni, a differenza ta' cessjoni ta' drittijiet tohloq kuntratt gdid ta' kera, li ghalihsid il-kera principali huwa totalment estraneu, u li huwa nettament distint mill-kuntratt originalital-kirja u ghalhekk quddiem sid il-kera is-subinkwilin huwa terza persuna.

L-accettazzjoni da parte tas-sid tal-fatt tas-sullokazzjoni "hija ta' stretta interpretazzjoni".

Il-ligi precizament biex tevita l-kwistjonijiet u supposizzjonijiet ta' approvazzjoni u kunsens tacitu, trid li l-kunsens ghas-sullokazzjoni jkun espress. Li kieku l-ligi kienet trid li s-semplici kunsens tal-lokatur ikun bizzejjed, kien kif kien, anki tacitu, ma kienx ikun hemm ghalfejn jinghad li l-kunsens mehtieg kien il-kunsens espress.

Id-disposizzjoni tal-ligi fl-Artikolu 9 tal-Kap 69 li tikkommina d-dekadenza mid-dritt tal-inkwilinat kontra l-inkwilin li jissulloka l-fond minghajr il-permess espress tas-sid hija applikabbli anke fejn is-sullokazzjoni issir biss ghal parti mill-fond u mhux ghal fond kollu.

Gie bosta drabi ritenut illi meta lokatur ikun jaf bis-sullokazzjoni jew trasferiment u b'danakollu jibqa' jircevi l-kera u jhalli l-lokazzjoni tkompli u tiggedded, ghandu fic-cirkostanzi normali jitqies li jkun irrinunzja ghall-azzjoni li taghtih il-ligi.

Gjaladarba l-kliem tal-ligi jsemmi l-kunsens espress allura kunsens tacitu jrid jirrizulta car u inekwivoku u minnfatti tant inspjegabbli b'mod iehor, illi l-kunsens tacitu jkun in effetti jekwivali ghal kunsens espress.

Il-fatt biss illi s-sid ikun jaf bl-ezistenza ta` tabella li tindika persuna ohra lima jkunx l-inkwilin u l-fatt illi s-sid ikun xtara xi affarjiet mill-hanut lokat ma jfissirx li b`daqshekk tissussisti prova tas-sullokazzjoni. Dan anke in bazi ghar-raguni illi l-ligi ma tipprojbix li l-kerrej jiggestixxi hanut mikri lilu permezz ta' haddiehor jew li jassocja mieghu lil haddiehor fin-negozju ta' dak il-hanut. Trid allura tinzamm id-distinzjoni bejn il-kirja u n-negozju gestit fil-fond lokat.

Is-sid huwa intitolat u anzi huwa obbligat li jaccetta l-kera sakemm hu jkolluprova adegwata li setghet tissodisfa t-talba tieghu ghar-ripresa tal-fond. Dan ifisser illi jekk hujirrifjuta li jaccetta l-kera meta kien ghadu dubbjuz jekk effettivament kienx hemm sullokazzjoni dan jaghmlu a riskju u spejjez tieghu.

Biex tassew jista' jinghad li kien hemm akkwiexxenza l-inazzjoni tas-sid trid tkun ghal tul ta' zmien, valutabbli skond ic-cirkostanzi tal-kaz. Dejjem s'intendi attiz il-fatt tal-konsapevolezza provata tas-sid tal-fatt tas-sullokazzjoni.

B'ligi espressa, ex Artikolu 1533 (1) tal-Kodici Civili, "l-kera jista' jikkonsisti sew fi flus kemm f'xi kwantita' ta' oggetti jew ukoll f'sehem tal-frottijiet li l-haga taghti". Ghalhekk il-kera ta' hanut jista' jikkonsisti wkoll f'sehem mill-qliegh tal-gestjoni ta' dak il-hanut.

Il-patt li wiehedmill-partijiet jassenja lill-parti l-ohra kwota tal-profitti tal-hanut mhiex bizzejjed biex jikkostitwixxi socjeta' jew assocjazzjoni bejn dawk iz-zewg persuni. Ghalhekk jekk il-kerrrej jitlaq l-ezercizzju tal-hanut lil haddiehor, li jobbliga ruhu li jhallas lil dak il-kerrej sehem mill-profitti minghajr ma jissemma xejn li dak l-inkwilin ghandu jbati sehem mill-perditi eventwali ta' dak il-hanutma jistax jigi ritenut li l-intenzjoni kienet li jifformaw socjeta' jew assocjazzjoni bejniethom, izda tirrizulta l-figura ta' lokazzjoni u r-rata ta' profitti stabbilita favur l-inkwilin tirraprezenta l-prezz tal-istess lokazzjoni. Konvenzjoni simili minghajr il-kunsens tas-sid tal-hanut tintitolalil sid il-hanut jitlob ir-ripreza tal-pussess tal-istess hanut.

Il-ligi trid li l-kerrej ikun ottjena l-kunsens tas-sid biex jista' validament jissulloka l-fond mikri ghandu. Dan il-kunsensirid ikun espress u mhux bizzejjed li jkun tacitu jew li jigi argomentat mill-atteggjament tas-sid.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni