Referenza: 128/1998/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
25/05/2001
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Partijiet
GRECH JOSEPH vs SPITERI SAVIO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
BEJGH, BL-IMNUT - BEJGH, BL-INGROSSA - PRESKRIZZJONI, BEJGH BL-IMNUT - PRESKRIZZJONI, BEJGH BL-INGROSSA
Fil-Qosor
Il-ligi nostrana taghmel enfasi fuq in-natura tal-kompravendita u jekk din kienitx wahda bl-imnut jew bl-ingrossa. Titlob ezami ta' transazzjoni kummercjali fiha nnifisha aktar milli mill-kwalita' aktar milli tal-professjoni tal-kontraenti u cioe' jekk dawn kienux jew le fin-negozju.

Xiri ta' oggett ghal skop kummercjali u cioe sabiex dan jerga' jinbiegh jammonta ghal bejgh bl-ingross.

Dak li kien jiddistingwi l-bejgh bl-ingrossa mill-bejgh bl-imnut huwa l-fatt illi filwaqt li l-grossista principalment kien ibiegh lill-persuni li jinnegozjaw fil-merca mibjugha, l-imnutant principalment ibiegh lill-konsumatur fi kwantitajiet zghar skond il-htigijiet tieghu.

F'materja ta' preskrizzjoni gie dejjem stabbilit fil-gurisprudenza illi din l-eccezzjoni ghandha tigi invokata mill-parti u ma tistax il-Qorti tissolleva eccezzjoni bhal din ex ufficio.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni