Reference: 331/1996/1

Judgement Details


Date
02/05/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
FILLETTI JOSEPH A.
Parties
CARUANA DEMAJO AV. DR. EVELYN NOE vs SAID GIUSEPPA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Summary
Ladarba Giuseppa Said kienet izzomm l-avvjament b'titolu ta' lokazzjoni, il-kiri ma kienx ta' fond urban u ghalhekk ma jaqax taht il-ligijiet specjali tal-kera. Mhux kiri protett, u lanqas jaqa' fil-kompetenza tal-Bord li Jirregola l-Kera.

Ghal dawn ir-ragunijiet, is-sentenza moghtija mill-Qorti tal-Magistrati (Malta) - li qalet li kellha kompetenza tisma' l-kaz u li l-kirja favur il-konvenuta Giuseppa Said illum hija definitivament terminata - hija gusta.

Din il-Qorti tal-Appelltosserva li ghalkemm fl-eccezzjonijiet originali tal-konvenuti appellanti ma jissemma' xejn dwar in-nuqqas ta' kompetenza ratione materiae tal-Qrati ordinarji, jirrizulta li kemm fin-nota ta' osservazzjonijiet responsiva taghhom kif ukoll fir-rikors ta' appell, u anke fl-istess sentenza appellata, sar mhux biss accenn lejn dina l-eccezzjoni imma jidher ukoll li t-talba ghar-revoka tas-sentenza appellata hija bazata in parte fuqha wkoll. Kien ghalhekk floku li l-ewwel Qorti investiet dan il-puntli, wara kollox, hu wiehed ta' ordni pubbliku u jista' anke jitqajjem “ex ufficio”, u jkun ukoll floku li din il-Qorti tibda billi tiddelibera dwaru. Dan hu hekk ghar-raguni li kieku kellha tigi milqugha l-eccezzjoni ta' inkompetenza, allura jkun konsegwentement ukoll ifisser li kollox sar hazin billi l-procediment kien ikun messu tah u gie deciz mill-Bord li Jirregola l-Kera u mhux mill-Qorti tal-Magistrati.

Din il-Qorti tal-Appell hija tal-fehma li huma l-Qrati ordinarji li ghandhom uli kellhom jiddeterminaw din il-kawza. Din il-Qorti kkunsidrat mill-gdid sew il-provi akkwiziti uminn dawn ghandu jirrizulta, kif gustament allura gie ritenut mill-ewwel Qorti, li

“Mill-provi prodotti, senjatament il-kuntratt ta' lokazzjoni, minn fejn jirrizulta li l-lokazzjoni kienet tirrigwarda hanut, bl-attrezzi kollha tieghu u munit bil-licenzji kollha relativi ghan-negozju u minn fejn jirrizulta illi l-istess hanut kien gestit mill-istess lokatrici li zammet f'isimha l-permessi kollha u minn fejn jirrizulta wkoll li anke f'gheluq il-lokazzjoni kellhom jirritornaw il-hanut fl-intier tieghu bhala “going concern” hlief ghall-istock kummercjali, . ...”

Jirrizulta kwindi lir-riferenza fil-kuntratt ghal ‘hanut' kienet bilfors riferenza ghal negozju gja' avvjat, komprizi l-fond li fih jigi gestit dan in-negozju.

Mill-premess ghalhekk isegwi li :-
(i)Li trattandosi ta' lokazzjoni ta' avvjament ta' negozju huma l-Qrati ordinarji u mhux it-Tribunal specjali, lighandhom gurisdizzjoni li jiehdu konjizzjoni ta' dan il-kaz.

(ii)Li hemm provi bizzejjed li juru li l-oggett tal-kirja kien hanut avvjat.

Huma skorretti l-appellanti kwindi li jsostnu lil-ewwel Qorti injorat xi fatti saljenti tal-kaz. Il-konkluzjoni differenti li qed jaslu ghaliha l-appellanti gejja mill-fatt li huma baqghu jippretendu li Giuseppa Said akkwistat il-lokazzjoni ta' hanut, meta mill-provi jirrizulta li kien hanut avvjat diga' dak li kienet qeghda takkwista u per konsegwenza mhux il-kaz ta' rilokazzjoni tacita ta' hanut bl-applikazzjoni tal-art. 2 tal-Kap 69. Lanqas ma jsegwi li tbiddlet in-natura tal-kera minn kif kienet qabel ghax qatt ma saret cessjoni skont kif titlob il-ligi.

Ghaldaqstant, din il-Qorti tal-Appell tiddeciedi billi filwaqt li tikkonferma s-sentenza appellata moghtija fil-kawza fl-ismijiet premessi fit-3 ta' Dicembru 1999 mill-Qorti tal-Magistrati (Malta) tichad l-appell tal-konvenuti appellanti, bl-ispejjez taz-zewg istanzi kontra taghhom.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info