Reference: 1478/2001/1

Judgement Details


Date
16/12/2002
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
CAMILLERI BENNY vs SCHEMBRI IAN ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
IURA NOVIT CURIA - PRESKRIZZJONI, AMMISSJONI TAD-DEJN - PRESKRIZZJONI, AZZJONI TAL-KUNTRATTUR - PRESKRIZZJONI, MA TISTAX TIGI SOLLEVATA EX UFFICIO - PRESKRIZZJONI, PRESKRIZZJONI TA` SENTEJN TAHT L-ARTIKOLU 2149(B) TAL-KODICI CIVILI - PRESKRIZZJONI, PRESKRIZZJONI TA` TMINTAX-IL XAHAR TAHT L-ARTIKOLU 2148(A) TAL-KODICI CIVILI
Summary
L-artikolu 2148 (a) tal-Kodici Civili igib l-estinzjoni ta' l-azzjoni b'gheluq ta' tmintax il-xaharfil-kaz ta' "l-azzjonijiet tal-hajjata, skrapar, mastrudaxxi, bennejja, bajjada, haddieda, argentieri, arluggara, u ta' persuni ohra li jahdmu sengha jew arti mekkanika, ghall-prezz ta' l-opri jew tax-xoghlijiet taghhom, jew tal-materjal li jfornu."

Dak l-Artikolu jirreferixxi ghalhekk ghall-krediti ta' artefici li jipprestaw l-opera taghhom u mhux appaltatur ta' l-opra li ghaliha l-materjali jkunu servew. F'dan il-kaz aktar minn opra hemm il-prestazzjoni ta' l-"opus" "minghajr distinzjoni in rigward tan-natura tax-xoghlijiet u minghajr qies tal-importanza tas-somministrazzjonijiet."

Hemm distinzjoni bejn l-Art 2148(a) tal-Kodici Civili u provvediment iehor tal-ligi in materja ta' preskrizzjoni li mieghu ghandu certa affinita` l-Art 2149(a).

Il-Qorti ma tistax hi stess tqajjem eccezzjoni tal-preskrizzjoni (Art 2111, Kodici Civili) u lanqas tista' tikkonsidra ebda preskrizzjoni hlief dik specifikatament eccepita. Il-Qorti ma tistax tikkonsidra jew tapplika preskrizzjoni li ma gietx espressament imsemmija, u ma tistax tapplika terminu iehor ta preskrizzjoni.

Il-Qorti ma tistax thalli li tigi applikata ligi zbaljata ghal fatti maghrufa fejn hekk jokkorrilha li hu l-kaz, dan anke in omagg ghal principju tal-gustizzja sostanzjali.

Ir-rikonjizzjoni tad-dejn tista' tkun "anke prezunta u indiretta" kif ukoll "tant espress kemm tacitu".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info