Reference: 875/1997/1

Judgement Details


Date
16/12/2002
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
KORPORAZZJONI ENEMALTA vs SACCO RENATO
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
INDEBITI SOLUTIO, ELEMENTI TA` - INDEBITI SOLUTIO, META HIJA DOVUTA RIFUZJONI - INDEBITI SOLUTIO, ZBALL
Summary
Meta l-kliem tal-konvenzjoni huwa car l-interpreti ghandu joqghod ghal dawk il-kliem u mhux jirrikorri ghall-kongetturi.

Meta s-sens letterali tal-kelma ma jaqbilx ma' l-intenzjoni tal-partijiet kif tkun tidher cara mill-pattijiet mehudin flimkien, ghandha tipprevali l-intenzjoni.

L-estremi mehtiega mil-ligi u mid-duttrina ghall-azzjoni ta` indebiti solutio huma tlieta u cjoe:- (a) il-pagament; (b) id-difett ta' kawza, ezempju mankanza jew inezistenza tad-debitu ("indebitus ex re")jew mankanza tal-kwalita' ta' kreditur fl-"accipiens" jew ta' dik tad-debitur fis-solvens ("indebitus ex personis") u (c) l-errur fl-accipiens jew fis-solvens.

Min jircevi jista' jaghmel hekktant xjentement kemm bi zball izda min ihallas ghandu jkun bilfors fi zball, biex tista' tikkompetililu l-azzjoni tar-ripetizzjoni ta' dak li jkun hallas indebitament. Hu evidenti li l-fondament tal-azzjoni huwa l-izball f'min ikun hallas; liema zball ma ghandux japprofitta minnu min ikun ircieval-hlas skond il-massima ta' gustizzja naturali "jure naturae aequum est neminem cum alterius detrimento fieri locupletiorem.

Jekk ma ssirx il-prova ta' dak l-izball fis-solvens, u b'mod specjali jekk issir il-prova li dak is-solvens kien jaf bic-cirkostanzi li minhabba fihom hu ma kienx tenut ghal hlas, allura ma ghandux id-dritt ghar-ripetizzjoni ta' dak li hallas, ghaliex "indebitum solutum sciens non recte repetit". F'dan il-kaz min ikun hallas ma jkollux ragun jilmenta, u "imputetsibi" jekk kellu xi dannu".

Ma jkunx hemm jedd ta' azzjoni ghal hlas lura jekk dak li jithallas bi zball kellu jinghata wkoll bis-sahha ta' obbligazzjoni naturali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info