eCourts
Civil Cases
Judgements
Insolvencies
Judicial Sales
Hall Usage
Services
Get Mobile Notifications
Pay Court Fines
Pay Court Registry Fees
Help
Chat
Malti
English
Log In
Home
Search Judgements
Details
Reference: 1539/1999/1
Download
Judgement Details
Date
16/12/2002
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
MILLER DISTRIBUTORS LIMITED vs MULTI TOYS LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
MILLER DISTRIBUTORS LIMITED vs MULTI TOYS LIMITED - 1539/1999/1 - OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR), MALTA
Keywords / Summary
Keywords
PROVA, ONERU TAL-PROVA FUQ MIN JECCEPIXXI L-PAGAMENT - PROVA, ONERU TAL-PROVA TA` FATT HUWA MIXHUT FUQ MIN JALLEGAH U MHUX MIN JICHDU - PROVA, PIZ TA` - PROVA, VEROSIMILJANZA TA` ZEWG VERZJONIJIET KONTRADITTORJI
Summary
Bhala konsiderazzjoni legali dwar in-natura tal-oneru tal-provi in materja ta' pagamenti ta' debiticivili l-Qorti tirritjeni li, ghalkemm kif dejjem gie ritenut, il-konvenut allegat debitur ghandu jipprova l-pagament li hu jallega, f'kaz ta' dubju ragjonevoli jekk l-ammont ghadux dovut jew le danid-dubju ghandu dejjem imur favur il-konvenut ghax l-oneru tal-prova tad-debitu jibqa' fuq l-attur mill-bidu sa l-ahhar tal-kawza ghax hu jallega d-debitu u kulhadd ghandu jipprova l-allegazzjoni tieghu. U fil-kaz ta' konflitt serju bejn il-kontendenti fuq il-provi inkombenti rispettivament lilhom,cioe' l-attur l-esigibilita' u l-konvenut is-soluzzjoni tad-debitu, in-nuqqas tat-tieni ma tikkolmax il-lakuna probatizja tal-ewwel u jibqa dejjem jimpera l-principju "actore non probante reus absolvitur". L-attur li jallega d-debitu ma jistax jiskarta l-oneru tieghu fuq il-principju l-iehor "reusin excipiendo fit actor", ghax, jerga' jinghad, l-oneru centrali tal-akkuza jibqa' fuqu. Altrimenti f'kull kaz ta' konflitt ikun facli ghall-attur jirbah avolja l-Qorti tibqa' sospiza fi stat ta' dubju jekk hemmx debitu.
L-oneru tal-prova hu mixhut fuq il-kreditur f'dawk il-kazijiet biss fejn jigi muri li l-prova tal-pagament tkun sodisfatta lil hinn mid-dubju ragjonevoli. Tali prova mhux necessarjament tirrikjedi dejjem u bilfors il-prova tar-ricevuta. Dan ghaliex mhux eskluz li l-prova ta' hlas issir mod iehor.
Dejjem pero' jinkombi fuq min jallega l-ezistenza tal-kredituilli dan ikun fl-ewwel lok ipprovat a pjena sodisfazzjoni u b'mod univoku u konvincenti.
Click here to search again.
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies.
More Info
Got It