Referenza: 1814/1995/2

Dettalji tas-Sentenza


Data
11/12/2002
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Partijiet
FENECH GAETANO vs PISANI MARIA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
RITRATTAZZJONI, NECESSITA` TA` TALBA GHAT-THASSIR TAS-SENTENZA IMPUNJATA - RITRATTAZZJONI, STADJI TA` - RITRATTAZZJONI, STADJU IN RESCINDENTE - RITRATTAZZJONI, STADJU IN RESCISSORIO
Fil-Qosor
Il-gudizzju tar-ritrattazzjoni ghandu zewg ghanijiet, igifieri dak li tigi mhassra sentenza li tkunsaret gudikat bejn il-partijiet u dak li terga tinfetah it-trattazzjoni tal-kawza biex tigi ottenutasentenza. Isegwi ghalhekk li l-gudizzju ta' ritrattazzjoni huwa kompost minn zewg stadji, wiehed differenti mill-iehor, maghrufin fid-dottrina legali bhala "in rescindente" u "in rescissorio".

Il-ligi taghna tal-procedura ghalhekk trid u tesigi li qabel xejn ghandha tigi mhassra jew revokata s-sentenza impunjata billi minghajr dan it-thassir mhux possibbli li l-kawza tigi trattata mill-gdid. Huwa biss wara li jkun sar dan li tista' ssir it-trattazzjoni mill-gdid tal-kawza billi sakemmdak it-thassir ma jkunx sar, dik is-sentenza tkun u tibqa' ta' ostakolu ghar-riezami tal-kawza.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni