Reference: 159/2002

Judgement Details


Date
12/12/2002
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
GALEA DEBONO JOSEPH
Parties
IL-PULIZIJA vs SANT VICTOR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
RICEVUTA FISKALI, EZENZJONI MINN RESPONSABILITA` GHAL NUQQAS TA` HRUG TA` - RICEVUTA FISKALI, META PROCEDURI PENALI WARA INFRAZZJONI JINBDEW KONTRA WIEHED BISS MID-DIRETTURI TA` SOCJETA` REGISTRATA - RICEVUTA FISKALI, NUQQAS TA` HRUG TA` - RICEVUTA FISKALI, OBBLIGU TAL-PERSUNA REGISTRATA MAL-KUMMISSARJU TAT-T-TAXXA FUQ IL-VALUR MIZJUD - RICEVUTA FISKALI, RESPONSABILITA` VIKARJA GHAL NUQQAS TA` HRUG TA`
Summary
Taht il-Att dwar it-Taxxa fuq il-valur Mizjud, meta xi haga ssir jew tonqos milli ssir minn persunali tkun qed tagixxi ghan-nom ta' persuna registrata (e.g. nuqqas ta` hrug ta` ricevuta) ghandu jitqies bhallikieku dik il-haga tkun saret jew naqset milli ssir sew minn dik il-persuna l-ohra kif ukollmill-persuna registrata. Il-persuna registrata, pero', tista' tezimu ruha minn din ir-responsabilta' vikarja Jekk tipprova mqar fuq bazi ta` probabbilita` jew (a) li ma kienetx taf u li ma setghetx b'diligenza regonevoli tkun taf b'dak l-eghmil jew nuqqas, jew (b) li tkun ghamlet kull ma setghet taghmel sabiex izzomm milli jsir dak l-eghmil jew nuqqas." Mela il-persuna registrata trid tkun hi litipprova dawn ic-cirkostanzi u dan almenu fuq bazi ta' probabbilita' - li hu l-kriterju tal-prova impost fuq l-akkuzat fil-kamp penali, fejn hu tenut li jipprova xi haga jew fejn hu jaghzel li jipprova xi haga. Dan il-kriterju gie addottat bl-istess kliem fid-dispozizzjoni tas-subartikolu (1) tal-artikolu 82 ta' l-Att Dwar it-Taxxa fuq il-Valur Mizjud (Kap.406) citat mill-istess appellant odjern.

L-artikolu fuq citat li jipprovdi ghal xi ksur tal-ligi minn korp ta' persuni, bhal ma hi indubbjament socjeta' kummercjali, d-dispozizzjonijiet ta' dik it-Taqsima partikolari tal-ligi japplikaw "bhallikieku dik il-haga tkun saret jew naqset milli ssir minn kull direttur, manager, jew ufficjal principali iehor ta' dak il-korp ta' persuni." Ta' min jinnota li l-ligi ma tghidx "id-Diretturi kollha" imma "kull Direttur", jigifieri kull wiehed "uti singoli" jirrispondi ghall-ksur tal-ligi indipendentement minn diretturi u /jew managers u ufficjali ohrajn. Din id-dicitura ovvjament tfisser li l-proceduri w l-prosekuzzjoni jtistghu jigu istitwiti kontra kull direttur individwali, anki jekkma jittiehdux kontra diretturi w ufficjali ohrajn.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info