Reference: 160/1997/1

Judgement Details


Date
06/12/2002
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
BANK OF VALLETTA LIMITED vs ANNA'S TRADING COMPANY LIMITED ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
IMGHAX, IMGHAX KOMPOST - IMGHAX, IN ECCESS TA` TMIENJA FIL-MIJA - IMGHAX, RATA MASSIMA IMPONIBBLI MINN BANK - OVERDRAFT FACILITIES, CALL IN - OVERDRAFT FACILITIES, KAPITALIZZAZZJONI TA` IMGHAX FUQ PERIJODI TA` INQAS MINN SENA - OVERDRAFT FACILITIES, NATURA TA` - OVERDRAFT FACILITIES, READINGS ONLY
Summary
L-Artiklu 1142 tal-Kodici Civili jipprovdi li "L-imghaxijiet maghluqa jistghu jaghtu mghaxijiet ohra, sew bis-sahha tad-dispozizzjonijiet ta` l-artikoli ta` qabel dan, minn dak in-nhar tat-talba gudizzjarja ghaldaqshekk jew bi ftehim li jsir wara li jaghlqu, basta li, fil-kaz il-wiehed u l-iehor, l-imghaxijiet ikollhom jinghataw ghal zmien ta` mhux anqas minn sena".

Madanakollu, f`affarijiet tal-kummerc, tghodd il-ligi tal-kummerc. Fejn, pero`, din il-ligi ma tipprovdix il-ligi civili tghodd biss fin-nuqqas ta` uzu tal-kummerc liema uzu ghalhekk jiehu precedenza fuq il-ligi civili. Il-provvedimenti tal-kont kurrent fil-Kodici tal-Kummerc ma jipprovdu xejn fir-rigward ta` din il-materja in ezami u allura, anke qabel il-Kodici Civili, japplikaw l-uzanzi tal-kummerc.

Kien danir-ragunament li wassal lill-Qrati taghna, fuq skorta ukoll ta` pronunzjamenti ta` Qrati u awturi esteri, li jippermettu u li jiddikjaraw legali stipulazzjonijiet maghmula fil-kuntratt ta` kont kurrent (overdraft) anke fejn il-kreditur kien qed jiddebita l-imghaxijiet b`mod kompost u mhux semplici.

Il-bazi legali kollha pero` li twassal ghall-konkluzjoni li overdraft facility mhix soggettaghall-projbizzjoni ta` l-anatocizmi hija l-ezistenza ta` ftehim ta` kont kurrenti. Terminat dan il-ftehim, tkun xi tkun ir-raguni, allura ir-regoli fuq enuncjati ma jsibux aktar l-applikazzjoni taghhom. Din it-terminazjzoni tista` ukoll tkun wahda unilaterali maghmula mill-kreditur, u cioe` il-Bank, fejn dan juza` id-diskrezzjoni tieghu u jsejjah lid-debitur biex ihallas il-bilanc dovut (call in), jew javza lid-debitur li l-kont kurrenti m`ghadux qed jopera u li, per ezempju, il-kont jista` jintuza biss ghad-depoziti pero` mhux ghall-hrug ta` ammonti (readings only).

Effettivament il-mument meta jkun spicca jopera l-kont kurrent jista` ikun differenti minn kaz ghall-iehor u huwa, ovvjament, kwistjoni ta` prova. Minn dak il-mument, pero`, legalment m`ghadux jezisti ftehim ta` kont kurrenti li bl-azzjoni, anke unilaterali, ta` wahda mill-kontraenti, gie mibdul ghall-ftehim semplici ta` mutwu u, ghalhekk, minn dak il-mument l-imghaxijiet komposti mhumiex aktar leciti.

Fil-mument li jigi ppruvat illi l-kont kurrent ma jkunx ghadu fil-kors normali tieghu, minn dak il-mument m`ghandhomx jghaddu aktar imghaxijiet komposti izda biss dawk semplici ghax il-ftehim kontrattwali bejn il-partijiet ikun gie mibdul f`tip ta` ftehim iehor.

Peress illi dan l-uzu kummerjcali kien sa certu punt derogazzjoni ghal-ligi skritta kellu jigi mizmum fil-limiti gusti tieghu u kienghalhekk illi meta jirrizulta li l-kont kurrenti bankarju gie terminat is-sistema ta` komputazzjonita` imghax kif applikat mill-Bank ma kellux jibqa` japplika u minflok, mat-terminazzjoni tal-kont kurrent, ikunu dovuti biss imghaxijiet semplici. Proprju meta kien il-mument li dan il-kont gie terminat kienet kwistjoni ta` apprezzament ta` provi u kienu ghalhekk applikabbli s-soliti regoli procedurali.

Is-sub artikolu (2) ta` l-Artiklu 986 tal-Kodici Civili jipprovdi li: "Bla hsara ghad-dispozizzjonijiet ta` l-artikolu 1852 u ta` kull dispozizzjoni ohra ta` dan il-Kodici jew ta` xi ligi ohra, kull obbligazzjoni ghall-hlas ta` mghaxijiet f`izjed minn tmienja fil-mija fis-sena hija wkoll nulla ghal dak li hu zejjed".

Dan il-provvediment huwa wkoll wiehed ta` ordni pubbliku. L-istess provvediment pero` jaghmel rizerva ghal dak li tista` tipprovdi xi ligi ohra. Huwa biss, fejn rizultat ta` operazzjonijiet bankarji, l-oghla imghax li jista` jithallas jissupera mhux biss dikil-percentwali stipulata mill-provvediment fuq imsemmi tal-Kodici Civili izda ukoll l-oghla rata ligiet iffissata mill-Ministru tal-Finanzi, li wiehed jista` jitkellem fuq ksur ta` regola ta` ordnipubbliku u fuq uzura li, finalment, fi kliem semplici mhu xejn hlief l-hlas ta` imghax oghla minn dak permess f`xi ligi.

Effettivament illum mhuwiex il-Ministru tal-Finanzi jew il-Bank Centralili jiffissa dawn ir-rati. Infatti l-Artiklu 38 tal-Kap. 204 (kif dan l-artiklu gie sostitwit lill-Artiklu 92 ta` l-Att XVII 2002) jipprovdi li:

"Minkejja kull haga li tinsab f`xi ligi ohra, istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji jistghu jistabilixxu r-rata ta` mghax li tithallas fuq depoziti mizmuma minn istituzzjonijiet ta` kreditu, u r-rata ta' mghax li huma jistghu jzommu fuq self,avvanzi u kull facilita` ta' kreditu ohra kif ukoll il-hrug ta` debentures jew debenture stocks jewstrumenti ohra li joholqu jew li jirrikonoxxu debitu".

Huwa legalment korrett li bank jiddebita mghaxijiet komposti fuq kont kurrent basta li l-oghla rata ta` imghax ma kenitx tissupera dik ir-rata massima iffissata f`dak iz-zmien mill-Ministru tal-Finanzi jew mill-Bank Centrali ta` Malta.

Fil-kalkolu rikjest, in vista ta` l-uzu tal-kummerc fuq elenkat, il-Bank korrettement ukoll seta` jikkonverti l-imghax f`kapital kull sitt xhur b`dan pero` li tul il-perjodu ta` sitt xhur, u allura sakemm l-imghaxijiet jigu hekk kapitalizzati, l-imghaxijiet kif komposti ma setghu qatt jissuperaw ir-rata massima permessibbli mil-ligi f`dak iz-zmien partikolari.

Wara id-data tat-terminazzjoni tal-kont kurrenti ma kienx aktar lecitu ghall-Bank li jkompli jiddebita l-imghax kompost izdaseta` biss jiddebita imghax semplici. Fir-rigward ta` dan l-imghax pero` lanqas ma kienet tapplikar-rata massima pprovduta fl-Artiklu 986 (2) tal-Kodici Civili izda r-rata massima kif deciza f`dakiz-zmien mill-Ministru tal-Finanzi jew mill-Bank Centrali ta` Malta skond il-kaz.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info