Reference: 413/2000/1

Judgement Details


Date
28/11/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
SCHEMBRI GEORGINA vs SCHEMBRI DINO
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
MANTENIMENT, ELEMENTI ESSENZJALI LI GHANDHOM DEJJEM JIGU SODISFATTI - MANTENIMENT, OBBLIGU TAL-HLAS TA` - MANTENIMENT, PRINCIPJI REGOLATURI
Summary
L-artikolu 3 tal-Kodici Civili jipprovdi li :-

"Il-partijiet fiz-zwieg ghandhom l-obbligu, kull wahda minnhom skond il-mezzi u l-hila taghhom, li jahdmu kemm fid-dar kif ukoll barra mid-dar kifjinhtiegu l-interessi tal-familja, li jmantnu lill-xulxin u jikkontribwixxu ghall-htigijiet tal-familja."

Skond l-Artikolu 3B tal-Kodici hemm stipulat illi:

"Iz-zwieg jimponi fuq il-mizzewgin l-obbligu li jiehdu hsieb, imantnu, jghallmu u jedukaw lill-ulied li jigu miz-zwieg skond il-hila, xehtiet naturali u aspirazzjonijiet tal-ulied."

Skond l-artikolu 7 (1) tal-Kodici Civili:-

"Il-genituri ghandhom l-obbligu li jiehdu hsieb, imantnu, jghallmu u jedukaw lil uliedhombil-mod stabbilit fl-artikolu 3 B ta' dan il-Kodici."

Ghalhekk abbazi tal-premess, jirrizulta mid-dispozizzjonijiet tal-ligi, li l-genituri ghandhom l-istess obbligi verso l-ulied taghhom, u ghalhekk it-tnejn li huma ghandhom jikkontribwixxu ghat-trobbija tal-istess, aktar u aktar meta llumil-mizzewgin huma f'pozizzjoni ta' ugwaljanza u ghandhom l-istess drittijiet u allura, anke skond l-Artikolu 2 tal-Kodici Civili "jerfghu r-responsabilitajiet indaqs matul iz-zwieg taghhom."

Certament l-obbligi mnizzla miz-zwieg, isofru mutament fil-kors ta' separazzjoni bejn il-partijiet, anke pendente lite, pero' l-obbligu taz-zewg genituri lejn l-ulied jibqa' bazikament l-istess dettat kull wiehed skond il-mezzi tieghu, ikkalkulati skond id-dispozizzjonijiet tal-Artikolu 20 tal-istessKap, u l-bzonnijiet tal-istess minuri, u fl-interess tal-istess minuri.

Huwa ovvju li kif ghandha tkun tali kontribuzzjoni minn kull wiehed mill-genituri, tvarja minn kaz ghal kaz, u hafna jiddependi fuq il-mezzi rispettivi u l-bzonnijiet tal-istess minuri, pero' xorta jibqghu veljanti u skjetti l-principji li jirregolaw l-istess dmirijiet u obbligazzjonijiet tal-genituri verso l-istess ulied, specjalment ghall-manteniment tal-istess fit-termini preskritti fl-artikolu 19 (1) u (2) u l-artikolu 20 tal-Kap 16, li ghalhekk jinkludu kontribuzzjoni ghall-ikel, ilbies, sahha u abitazzjoni u spejjez mehtiega ghall-istess sahha u ghall-edukazzjoni taghhom u skond il-bilanc bejn il-bzonn u l-mezzi, kkalkulati ai termini tas-sub-artikoli tal-istess artikolu 20. Dan apparti l-obbligi tal-kontendenti li jmantnu lill-xulxin skond id-dettami tal-ligi, u skond il-kalkoli hemm indikati.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info