Referenza: 124/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
22/11/2002
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
CARUANA CLEMENTINO ET vs AGIUS EMANUELA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KUNTRATT, INTERPRETAZZJONI TA` - KUNTRATT, META L-INTENZJONI TAL-PARTIJIET MA TAQBILX MA DAK LI JKUN GIE MIKTUB - KUNTRATT, META L-KLIEM UZATI JKUNU CARI - KUNTRATT, META L-KLIEM UZATI MA JKUNUX CARI - KUNTRATT, REGOLI TA` INTERPRETAZZJONI - LOKAZZJONI, CESSJONI - LOKAZZJONI, DISTINZJONI BEJN CESSJONI U SULLOKAZZJONI - LOKAZZJONI, DRITT TA` CESSJONI MA JINKLUDIX AWTOMATIKAMENT DRITT TA` SULLOKAZZJONI - LOKAZZJONI, SULLOKAZZJONI
Fil-Qosor
Il-Ligi tohloq certi prezunzjonijiet dwar kif ghandhom jigu interpretati klawsoli kuntrattwali minghajr pero` ma torbot idejn il-gudikan li jibqa` liberu li jikkonsidera wkoll ic-cirkostanzi partikolari tal-kaz.

Meta l-kliem ta' konvenzjoni, mehud fis-sens li ghandu skond l-uzu fiz-zmien tal-kuntratt, hu car, ma hemmx lok ghall-interpretazzjoni.

L-interpretazzjoni ghandha biss tittiehed mill-att stess, u mhux minn provi estraneji, specjalment meta l-interpretazzjoni hija relativa ghal kwistjoni principali.

Meta s-sens letterali tal-kelma ma jaqbilx ma' l-intenzjoni tal-partijiet kif tkun tidher cara mill-pattijiet mehudin flimkien, ghandha tipprevali l-intenzjoni.

Din ir-regola ghandha tigi sewwa apprezzata u applikata. Irid jirrizulta bla dubju illi s-sens tal-klawsola li tkun jista' biss jigi interpretat b'mod univoku ghax hu car. Irid jirrizulta wkoll lidan is-sens car tal-kliem ma jkunx jaqbel ma' dak li kellhom f'mohhom il-partijiet kollha u mhux ma'dak biss li xi wahda mill-partijiet kellha f'rasha. U dan irid jidher car mill-pattijiet kollha tal-kuntratt mehudin flimkien.

Fl-applikazzjoni tar-regoli ta' interpretazzjoni ma hijiex l-interpretazzjoni tal-kontendenti ghall-kliem tal-konvenzjoni jew is-sens divers minnhom lilhom moghti li jiswa imma hu l-qari oggettiv tal-gudikant li jaghti lil kliem is-sens ordinarju tieghu fil-kuntest ta' kif gie uzat mill-kontraenti li ghandu jghodd.

Hu pacifiku illi s-sullokazzjoni jew cessjoni ta' l-affitt mhuwiex l-istess haga anke jekk fil-prattika dawn iz-zewg figuri guridici jigu uzati promiskwament. Kemm f'wahda u kemm fl-ohra pero' hu mehtieg il-kunsens tas-sid jekk dan ma jkunx minn qabel ta l-permess lill-inkwilin li jissulloka jew icedi l-kirja bhala wahda mill-kondizzjonijiet tal-ftehim tal-lokazzjoni.

Is-sullokazzjoni a differenza tac-cessjoni ta' drittijiet, tohloq kuntratt gdid ta' kera, li ghalih sid il-kera principali huwa totalment estraneu, u li huwa nettament distint mill-kuntratt originali tal-kirja u ghalhekk quddiem sid il-kera s-subinkwilin hu terza persuna.

Mit-terminologija differenti uzata, l-Art 9 ma hux limitat ghac-cessjoni, kif kontemplat fil-Kodici Civili, izda jikkolpixxi kull forma ta' trasferiment tal-kirja li ssir minghajr il-kunsens espress tas-sid, u ma jaghmel l-ebda distinzjoni bejn trasferiment oneruz u gratuwitu, u konsegwentement mhux rikjest li jkun thallas xi korrispettiv biex jissussisti t-trasferiment tal-kirja kontemplat bl-Art 9.

Id-dritt ta` sullokazzjoni ma jistax jinghad li hu awtomatikament inkluz fid-dritt ta` cessjoni. Dan l-argoment hu inaccetabbli in kwantu kif manifest, gjaladarba c-cessjoni u s-sullokazzjoni hemm trattati bhala kuntratti separati li jgorru maghhom relazzjonijiet u obbligazzjonijiet differenti u distinti mhux il-kaz li jigi facilment accettat il-principju illi "il piu` comprende il meno". Ma tezisti l-ebda logika ghaliex ghandu jitwarrab il-principju l-iehor li jghid: "inclusio unius, exclusio alterius". Sabiex jigi deciz jekk kezistix jew le dritt ta` sullokazzjoni wiehed irid ihares lejn il-kliem tal-kuntratt ta` lokazzjoni.

Il-ligi specjali thares b'dizfavur lis-sullokazzjoni maghmula minghajr il-kunsens espress tas-sid u hu legittimu l-interess tas-sid li ma jhallix lil haddiehor jispekula u jaghmel profitt minn fuq hwejgu billi dak il-profitt ghandu jmiss lilu bhala proprjetarju tal-fond". Hu tabilhaqq b'dan in mira li l-ligi tinsisti ghalkunsens espress tas-sid ghas-sullokazzjoni. Anzi l-fatt li l-ligi trid espressament il-kunsens espress jeskludi l-kunsens tacitu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni