Reference: 111/1995/1

Judgement Details


Date
22/11/2002
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
MALLIA DORIS vs BRIFFA PAUL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, GUSTIFIKAZZJONI GHAL MOROZITA` FIL-HLAS TAL-KERA - LOKAZZJONI, MOROZITA` FIL-HLAS TAL-KERA
Summary
Biex ikollok morozita` a norma ta' l-Artikolu 9 (a)(i) tal-Kap 69 jehtieg li jkunu saru zewg interpellazzjonijiet ghal hlas ghal zewg skadenzi diversi. Dejjem ghall-finijiet ta' l-istess dispost il-morozita' tokkorri mhux bis-semplici nuqqas ta' hlas izda bin-nuqqas ta' hlas fit-terminu preskrittdekoribbli mill-interpellazzjoni.

Jinghad ukoll illi f'cirkostanzi simili "l-ligi tikkuntenta bil-morozita` fil-kors tal-kiri ta' qabel, minghajr ma tirrestringi t-terminu ghall-ahhar kirja precedenti".

Ghal zmien twil il-Qrati taghna akkordaw lill-provvediment tal-ligi tifsira rigidau tnehhi xi kazijiet izolati, kostantement b'mod inflessibbli. Din l-interpretazzjoni pero' ma baqghetx assoluta fis-sens illi, pruvati l-interpellazzjonijiet u n-nuqqas ta' hlas, fit-terminu preskritt, dan kellu l-konsegwenza li l-kerrej jigi dikjarat moruz. Evidentement, kif manifest fl-ezemplari li ser isegwu, din l-istess interpretazzjoni giet temprata bi hsieb innovattiv ta' gustizzja u ekwita', ir-raguni u l-bon sens.

F'materja ta' morozita` tal-inkwilin fil-hlas tal-kera l-gudikant ma ghandux jiehu atteggjament assolut, fis-sens illi, meta jivverifika ruhu l-fatt li l-inkwilin ma hallasx puntwalment il-kera dovut ghal zewg skadenzi ghandu bilfors jilqa' t-talba tal-lokaturbiex ma jgeddidx il-kirja.

Jekk hemm dubju fl-interpretazzjoni, dan id-dubju ghandu jmur favur il-kerrej, li minhabba dik l-interpretazzjoni l-ohra jista' jigi jitlef il-pussess tal-fond.

Wiehed ghandu ghalhekk ikun ferm rigoruz fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni taghha.

L-interpretazzjoni ma ghandhiex taghti lok ghal sorprizi u maniggi, anke voluti u intenzjonati da parti tas-sid biex jaqbad lill-inkwilin fuq sieq wahda u ma hux il-hsieb tal-legislatur li jrid fuq kollox li jassigura l-hlas tal-kera dovut lis-sid fil-hin, imma ma jridx is-sanzjoni estrema ta' l-izgumbrament tigi konsidrata l-barra mill-kuntest tar-relazzjonijiet ezistenti bejn is-sid u l-inkwilin.

Billi l-ispirtu informatur tal-ligi huwa dak li jipprotegi lill-kerrej kontra l-abbuzi tal-lokatur, il-ligi mhiex intiza biex taghti pretest lill-lokatur biex jirrexxindi l-kuntratt tal-kera imma biss biex jissalvagwardjah fil-hlas tal-kera.

Ghalhekk meta jkun hemm cirkostanzi li jiggustifikaw l-atteggjament tal-inkwilin fin-nuqqas tieghu li josserva l-obbligi, huwa ma jiddekadix mid-dritt tieghu biex tigi lilu imgedda l-lokazzjoni.

Il-fatt li l-kerrej jiddepozita l-kera majfissirx li b'daqshekk hu jkun ezegwixxa l-obbligu tieghu li jhallas il-kera. Dan ghaliex ai termini tal-Artikolu 1174 (1) tal-Kodici Civili, id-depozitu m'ghandux l-effett li "jiswa daqs il-hlas" (Art 1173 (2) tal-Kap 16) jekk il-kreditur (intiz f'sens lat) "ma jkunx qabel irrifjuta offerta valida". Fost il-kondizzjonijiet ghall-validita' ta' din l-offerta hemm dik li din "tkun saret fil-lok skond il-ftehim, jew, jekk ma jkunx hemm ftehim, skond il-ligi, il-hlas ghandu jsir" (Art 1175 (f) tal-Kodici Civili). Huwa sintomatiku minn dawn id-disposizzjonijiet illi jekk ma tkunx saret offerta,u din trid tkun wahda valida, ghal kull wahda mill-iskadenzi tal-kera skadut, id-depozitu ta' l-ammont mhux maghmul validament.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info