Referenza: 990/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
22/11/2002
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
FENICI INSURANCE AGENCY LIMITED NOE vs STONER PAUL ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KAPITOLU GHAS-SUBIZZJONI, REKWIZITI FORMALI - KAPITOLU GHAS-SUBIZZJONI, VALUR PROBATORJU - KONTUMACJA, GUSTIFIKAZZJONI GHAL - KONTUMACJA, IL-PARTI KONTUMACI TISTA` TAGHMEL SOTTOMISSJONIJIET - KONTUMACJA, MA TAMMONTAX GHAL AMMISSJONI - KONTUMACJA, META JSIR APPELL MINN PARTI KONTUMACI - KONTUMACJA, OPPOSIZZJONI - KONTUMACJA, POSIZZJONI TAL-KONVENUT - KONTUMACJA, RATIO TAL-ISTITUT
Fil-Qosor
Konvenut li jibqa' kontumaci quddiem l-ewwel Qorti mhux prekluz milli jappella minn sentenza ta' dikil-Qorti u sahansitra jittratta l-kawza.

L-appellant ma jistax jissottometti dwar l-aggravjutieghu fil-meritu qabel ma jiggustifika l-kontumacja tieghu ghas-sodisfazzjoni tal-Qorti.

L-istitut tal-kontumacja hu ntiz bhala fren biex irazzan l-atteggjament tal-kontumelja u disprezz da parti ta' min kien citat biex jersaq quddiem il-Qorti u jaghzel li jinjora tali ordni bla ma jkollu gustifikazzjoni xierqa.

Il-kontumacja trid tkun kemm formali kif ukoll sostanzjali; l-assenzatrid tkun kemm fl-atti kif ukoll fl-udjenza. Huwa manifest li assenza mill-atti trid tigi konfermata b'assenza bhallikieku huwa kontumaci - fis-sens pjen tal-kelma.

Il-fatti li l-istat kontumacjali ma jistax jigi spurgat ma ghandux ifisser ukoll illi s-socjeta' konvenuta, bhal kull konvenutiehor hi prekluza milli taghmel is-sottomissjonijiet taghha biex, kif hekk irid l-Artikolu 158 (10)Kap 12, "tiddefendi ruhha kontra t-talba tas-socjeta' attrici". Dan l-istess principju japplika fil-kaz ta' trattazzjoni quddiem il-Qorti ta` l-Appell.

Del resto, kif bosta drabi rimarkat, il-kontumacja wahidha ma kellhiex titqies bhala ammissjoni tat-talba ta' l-attur da parti tal-konvenut izda kontestazzjoni ta' l-istess. Ghalkemm il-konvenut jibqa' kontumaci dana ma jfissirx illi huwa abbanduna kull eccezzjoni li seta' jaghti fil-kawza u ammetta d-domandi. Il-gudikant ghandu jezaminajekk it-talba hiex gustifikata indipendentement mill-kontumacja tal-konvenuti.

L-okkju tal-kapitolu, bhal dak tal-kawza, ghandu importanza relattiva, u mhux daqstant essenzjali ghall-validita'tal-iskritturi ghalkemm dejjem hu desiderabbi li jitnizzel korrettement.

Ukoll ma kienx mehtieg li fil-kapitolu jigi indikat l-isem tal-persuna fizika li tirrapprezenta lis-socjeta'. Dan ghaliex skond l-Art 118 (a) tal-Kap 12 insibu dispost b'mod tassew car illi "meta tigi prezentata skrittura minn jew kontra korp li jkollu pesonalita' guridika, ikun bizzejjed li wiehed inizzel isem il-korp". Bl-emendi apportati ghal Kap 12 illum mhiex citata l-persuna li ghandha r-rapprezentanza guridika tas-socjeta' konvenuta biex tirrispondi ghat-talbiet attrici, imma hi s-socjeta' innifisha quapersuna guridika b'isimha u taht isimha biss li tigi citata. Dan ighodd, skond it-test tal-ligi, ghall-iskritturi kollha prezentati fil-kors tal-kawza, kompriz ghalhekk il-kapitolu.

Il-fatt lifil-kapitolu jissemma ammont specifiku bl-aggunta tal-kliem "jew somma verjuri" ma jeffetwa bl-ebdamod il-validita` tal-kapitolu.

In materja ta' kapitolu dak li tabilhaqq hu importanti li jigiosservat huma d-dettami tal-Art 702 tal-Kap 12 u li l-kawza tithalla ghal data ohra ghas-subizzjoni. Apparti l-praxis dan jista' jigi argomentat mill-Art 699 (2) li jiddisponi li l-kapitoli ghandhomjigu ipprezentati lill-Qorti waqt is-smiegh tal-kawza biex jigu approvati.

Hu principju stabbilit fil-gurisprudenza taghna illi l-kawza gusta biex il-parti ma tidhirx quddiem il-Qorti, ghalkemm ikunu saru kapitoli kontra taghha, ghandha tikkonsisti f'impediment legittimu li minhabba f'dak l-impediment il-parti ma setghetx tirrispondi ghall-kapitoli li saru kontra taghha.

Ma jfissirxilli l-fatt biss li s-subent ikun naqas bla gustifikazjoni li jidher biex jirrispondi ghall-kapitolu maghmul kontra tieghu kellu necessarjament iwassal biex il-Qorti tilqa' t-talba attrici. Dan ghaliex skond il-ligi "l-ammissjoni bis-subizzjoni ta' wahda mill-partijiet tista' taghmel prova ta' fatt..." (Art 694 (2) Kap. 12). Aktar rilevanti hu s-subinciz (3) ta' dan l-artikolu li jiddisponi illi f'kull kaz tkun maghduda bhala li taghmel prova dik il-parti biss ta' l-amissjoni li l-Qorti jidhrilha li tisthoqq li tkun emmnuta".

Dan ifisser li l-prova bil-kapitolu konfessat ghandha tigievalwata u meqjusa flimkien ma' kull prova ohra li tkun prodotta.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni