Reference: 1869/2001/1

Judgement Details


Date
14/11/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
FENECH FRANCIS ET vs GRIMA JOHN ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
HAJT DIVIZORJU, ESTENSJONI GHANDHA TKUN TA` L-ISTESS HXUNA - HAJT DIVIZORJU, MA JISTGHUX ISIRU PIPES, KANNIZZATI U AFFARJIET SIMILI FUQ - HAJT DIVIZORJU, THAFFIR FI - OPRAMORTA, ELEMENTI RIKJESTI SABIEX TINTALAB IL-KOSTRUZZJONI TA` - OPRAMORTA, ESTENSJONI GHANDHA TKUN TA` L-ISTESS HXUNA - OPRAMORTA, META BEJT IKUN FACILMENT ACCESSIBBLI MINKEJJA N-NUQQAS TA` TARAG - OPRAMORTA, SPARTIZZJONI TAL-ISPEJJEZ GHALL-KOSTRUZZJONI TA`
Summary
L-artikolu 427(1) tal-Kodici Civili jipprovdi li

"Dak li min fil-bini tieghu ghandu tarag lijiehu ghall-bejt tieghu, ghandu jgholli, spejjez tieghu, il-hajt divizorju sa metru u tmien centimetri mill-invell tal-bejt".

Dan l-artikolu, fl-ewwel lok, jitkellem fuq hajt divizorju u mhux fuq hajt komuni, u kwindi l-fatt li hajt jista' jkun ta' proprjeta' assoluta ta' wiehed mill-girien huwa rrilevanti, ghax din ir-regola tapplika xorta wahda.

Fit-tieni lok, intqal ukoll illi jehtieg opromorta mhux biss meta jkun hemm tarag regolari li jipprovdi access ghall-bejt, izda wkoll meta l-bejt ikun accessibili facilment permezz ta' xi mod iehor u allura jkun uzat abitwalment b'mod li l-introspezzjoni ghall-proprjeta' ta' haddiehor tkun abitwali u ghalhekk abitwali jkun l-iskomdu ta' min jghammar fil-proprjeta' adjacenti.

L-artikolu 427(2) ikompli jghid li:

"Il-bicca tal-hajt li tizdied 'il fuq mill-invell tal-bejt ghandha tkun ta' l-istess hxuna tal-hajt divizorju minn dak l-invell 'l isfel".

Ghalkemm il-ligi ma tisigiex li l-opromorta tkun ta' l-istessmaterjal bhal bqija tal-hajt divizorju (ghalkemm, jista' jkun hemm kunsiderazzjonijiet ohra li jesigu l-uzu ta' l-istess materjal), tippreskrivi b'mod awtorevoli li ghandu jkun ta' l-istess hxuna.

Kull meta jkun hemm il-possibilta' ta access ghall-bejt, dak il-gar ghandu, fuq il-hajt divizorju, jtella cint ta' gholi ta' mhux anqas minn metru u tmenin centimetri, liema cint ghandu jkun ta' l-istess hxuna bhal qbija tal-hajt divizorju. Ma dan jista' jizdied li persuna ghandha d-dritt fi kwalunkwe zmien tesigi li l-opramorta tipprotegieh mis-suggezzjoni tal-vicin.

Pipes, hadid u affarijiet simili m'ghandhomx jitqieghdu fuq il-wicc ta' hajt divizorju, u ghandhom jitnehhew.

Ma tista' ssir ebda kostruzzjoni fuq hajt divizorju hlief estensjoni vertikali ta' l-istess hajt, uma jsiru ebda toqob fih (eskluzi toqob ghat-travi, morselli tal-hitan u cacciz tas-soqfa mill-gar) u, ghalhekk, hwejjeg bhal kanizzati fuq l-arja ta' wicc il-hajt ma jistghux isiru. Ma ghandu jkun hemm xejn li b'xi mod jostakola jew ifixkel l-estensjoni vertikali tal-hajt, presenti jew futuri, minnxi hadd mill-girien.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info