Reference: 15/2001/1

Judgement Details


Date
28/10/2002
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
VELLA MANWEL vs KUMMISSJONI GHALL-KONTROLL TA' L-IZVILUP
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, APPELL FUQ IL-BAZI TA` AGIR ULTRA VIRES - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, JISTA` JIRRIMETTI L-APPLIKAZZJONI QUDDIEM L-AWTORITA` TA` L-IPPJANAR META L-APPELLANT JIPPROPONI ZVILUPP DIFFERENTI - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, POTERI TAL-BORD FL-GHOTI TA` DECIZJONI - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, RAPPORT BEJN AZZJONI TAHT L-ARTIKOLU 469A TAL-KAP. 12 U APPELL AI TERMINI TA` L-ATT DWAR L-IPPJANAR TA` L-IZVILUPP - STHARRIG TA` EGHMIL AMMINISTRATTIV, AWTORITA` TAL-IPPJANAR
Summary
F'appelli minn decizjoni tal-Bord tal-Appell ta' L-Ippjanar il-Qorti ta` l-Appell qatt ma tista' tigi mitluba sabiex taghmel ezercizzju ta' stharrig gudizzjarju ta' azzjoni amministrattiva, stante lidan l-istharrig fil-maggoranza tal-kazi jinkludi ezami kemm tal-fatti esposti fil-kaz in partikolari, kif wkoll tal-ligi applikabbli, u dan apparti li r-rimedji huma differenti kif jista' jigi indikatbhala ezempju mill-artikolu 469A (5) li jikkontempla wkoll talbiet ta' danni, apparti n-nullita' tal-istess att amministrattiv.

Il-Qorti tal-Appell qed tagixxi biss bhala Qorti tat-tieni istanza u anke l-ezami taghha huwa hekk limitat fid-disposizzjoni tal-artikolu 15 (1) tal-Kap 356, b'modli hija tista' biss tezamina d-decizjoni tal-Bord tal-Appell ta' l-Ippjanar fuq punti ta' ligi decizi mill-Bord, b'dan ghalhekk li r-rikors lejn il-Qorti ta` l-Appell taht il-Kap 356 u l-azzjoni quddiem il-Qrati ordinarji taht id-disposizzjonijiet tal-artikolu 469A tal-Kap 12 huma ghal kollox differenti u distinti minn xulxin, u certament li wahda ma ghandha qatt telimina jew tissostwixxi ruhha ghall-ohra, anke peress li z-zewg azzjonijiet, flimkien ma' ohrajn, huma disponibbli ghal kull persuna, kollox skond in-natura tal-lamentela jew aggravju taghha, skond ir-regoli rispettivi, inkluz procedura u principji sostantivi, w ir-rimedji differenti li japplikaw ghal kull kaz in partikolari.

Il-kuncett ta' ultra vires huwa wiehed ta' applikazzjoni amministrattiva, u ghandu dejjem jingiebquddiem il-Qorti kompetenti, u ma hijiex il-Qorti ta` l-Appell, skond ir-regoli u d-disposizzjonijiet tal-ligi applikabbli inkluz il-Kap 12 tal-Ligijiet ta' Malta.

Dan ma jfissirx li ma jistaxikun kaz fejn il-fattispecie tal-kaz jkunu jaghtu azzjoni lil dak li jkun kemm taht id-disposizzjojnijiet tal-artikolu 469A tal-Kap 12, kif ukoll rimedju ta' appell taht id-disposizzjonijiet tal-artikolu 15 (1) tal-Kap 356, bhal fil-kaz meta l-ultra vires tkun tikkonsisti fl-allegazzjoni li punt ta' dritt jew ligi gie applikat hazin, ghaliex awtorita' koncernata tkun ghamlet xi haga kontra id-disposizzjonijiet tal-ligi, b'mod li agixxiet oltre l-poteri lilha moghtija bl-istess, u dan l-istess punt ta' ligi ikun deciz fid-decizjoni tal-istess awtorita', pero' f'dan il-kaz l-ebda azzjoni ma toqtol jew tissostitwixxi lill-ohra, b'mod li jibqghu zewgt azzjonijiet distinti, trattati taht principji differenti, u f'fora distinti w indipendenti minn xulxin, bir-regoli taghhom precizi, li naturalment ma humiex l-istess.

Huwa inkoncepibbli li tribunal responsabbli ma jzommx dejjem quddiemghajnejh u jkun dejjem konxjament gwidat mid-dispozizzjoni tal-ligi li tikkonferixxi fuqu s-setgha gurisdizzjonali necessarja biex huwa jwettaq id-dmirijiet imposti fuqu skond il-ligi li kkreatu.

Ghalhekk, kwistjonijiet dwar il-vires tat-tribunal, minkejja li ma jkunx hemm menzjoni esplicitata` xi ligi, jistghu jigu decizi implicitament mil-Bord ta` l-Appell. Dawn id-decizjonijiet huma appellabbli.

Il-Bord ta` l-Appell ghandu s-setgha li jikkonferma, ihassar jew ibiddel decizjonili kontra taghha jkun sar appell u jaghti dawk id-direttivi li jidhirlu xieraq

Il-Bord ta' l-Appell, fi kliem iehor, ghandu tassew is-setgha li jaghti direttivi li jkunu xierqa pero' m'ghanduxis-setgha li jesorbixxi lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar mill-funzjoni ewlenija taghha u dan billijissostitwiha b'direttivi li jorbtuha 'a priori'.

Dan ifisser li l-Bord jista` jhassar id-decizjoni ta` l-Awtorita` jirrimetti l-appelikazzjoni quddiem l-Awtorita` kemm-il darba waqt it-trattazzjoni ta` l-appell l-appellant jipproproni zvilupp differenti minn dak originarjament propost.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info