Referenza: 1488/1995/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
22/10/2002
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI JOSEPH D., DEPASQUALE FRANCO, DEPASQUALE ANTON
Partijiet
SUPERMARKETS (1960) LIMITED vs LE CRAM DEVELOPMENTS CO. LTD.
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ACTIO REI VINDICATORIA, GRAD TA` PROVA - DRITT TA` PROPRJETA`, GUDIKAT DWAR DRITT REALI JORBOT LILL-PARTIJIET U LILL-AVENTI KAWZA TAGHHOM - DRITT TA` PROPRJETA`, IRID JIGI STABILIT BI PROVI KONKLUDENTI - PRESKRIZZJONI, TNEHHIJA TAL-CORPORATE VEIL GHALL-FINIJIET TA` L-ELEMENT TA` BUONA FEDE GHALL-PRESKRIZZJONI AKKWISITTIVA TA` GHAXAR SNIN - SUPERFICIES SOLO CEDIT, PREZUNZJONI IURIS TANTUM
Fil-Qosor
Bhala regola generali, sentenza li tkun ghaddiet f'gudikat u li tkun iddecidiet kwistjoni dwar it-titolu tal-proprjeta` ta' immobbli taghmel stat mhux biss fil-konfront tal-partijiet f'dik il-kawza izda wkoll fil-konfront ta' persuni ohra li jidderivaw it-titolu taghhom minn dawk il-partijiet.

L-artikolu 323 fil-Kodici Civili (Kap. 16) jistabilixxi il-principju legali li kull min ghandu l-proprjeta` ta' l-art, ghandu wkoll dik ta' l-arja ta' fuqha u ta' dak kollu li jmiss fuq jew taht wicc l-art. Din id-dispozizzjoni tal-ligi tistabilixxi prezunzjoni legali favur is-socjeta` appellatali l-arja in kwestjoni li tinsab fuq il-fond taghha, tappartjeni lilha. Din il-presunzjoni mhijiexwahda "juris et de jure" izda wahda "juris tantum".

Kwalunkwe prova kuntrarja ghal-liberta` tal-proprjeta` ghandha tkun konkludenti u mhux kongetturali u ekwivoka.

Dritt tal-proprjeta`,specjalment meta huwa kuntrarju ghall-presunzjoni legali, ma jistax jigi stabilit b'induzzjoni kongetturali, imma bi provi konkludenti.

Ma jistax jinghad li socjeta` tkun xtrat in buona fede ghall-finijiet tal-preskrizzjoni akkwizittiva ta` ghaxar snin jekk min kellu l-kontroll taghha ma kienx in buona fede. L-hekk imsejjah "corporate veil" huwa appuntu velu u mhux xi purtiera tal-hadid liwarajh tista` tahbi u tnessi kwalunkwe operat.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni