Referenza: 2459/1999/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
22/10/2002
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
FALZON EDWARD vs KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
IMPJIEG, EBDA DRITT GHAL PROMOZZJONI FIS-SERVIZZ PUBBLIKU - IMPJIEG, GURISDIZZJONI TAL-QRATI LI JISSINDAKAW DRITTIJIET U OBBLIGI DERIVANTI MILL-KUNTRATT BEJN IL-GVERN U L-IMPJEGATI TIEGHU - IMPJIEG, STHARRIG TA` L-GHOTI TA` PROMOZZJONIJIET FIS-SERVIZZ PUBBLIKU - STHARRIG TA` EGHMIL AMMINISTRATTIV, ATTI MAGHMULA BIL-GHAN TA` ORGANIZZAZZJONI JEW AMMINISTRAZZJONI INTERNA TA` AWTORITA` PUBBLIKA - STHARRIG TA` EGHMIL AMMINISTRATTIV, RELAZZJONIJIET BEJN IL-GVERN U L-IMPJEGATI TIEGHU
Fil-Qosor
Meta jirrizulta ksur tal-obbligi naxxenti mill-kuntratt ta' impieg ezistenti bejn il-Gvern u l-ufficjal pubbliku, il-Qorti ghandha mhux biss id-dritt li tindaga izda li ukoll, jekk ikun mehtieg, tordna rimedju.

Pero` dan il-principju ma japplikax meta ma jigix allegat xi ksur tar-relazzjoni kuntrattwali ezistenti bejn l-attur u l-konvenut izda l-azzjoni tkun bazata fuq allegazzjoni ta` ezercizzju ta' diskrezzjoni b'mod irragjonevoli u diskriminatorju.

Bhala fatt ma jezisti ebda dritt ta' promozzjoni fis-servizz pubbliku. Din is-setgha li jaghmel hatriet ghall-karigi ufficjali u li jnehhi, u li jezercita kontroll dixxiplinari fuq, persuni li jkollhom jew ikunu jagixxu f'xi karigi bhal dawk tkun fil-Prim Ministru, li jagixxi fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Dan id-dritt jista' jigi delegat lill-ufficjal pubbliku jew awtorita'.

Eghmil amministrattiv li jsir bl-ghan ta' organizzazzjoni jew amministrazzjoni interna fl-istess awtorita' majistax jigi mistharreg mill-qrati ta' gustizzja ta' kompetenza civili.

L-ghoti ta` promozzjonijiet ma jikkwalifikax bhala att amministrattiv u fi kwalsijasi kaz ma jistax jigi misthareg mill-Qrati ghaliex jammonta ghal att maghmul bil-ghan ta' organizzazzjoni jew amministrazzjoni interna ul-ezercizzju ta' dan id-dritt ghandu jithalla fid-diskrezzjoni tal-awtorita` pubblika.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni