Reference: 153/2002

Judgement Details


Date
18/10/2002
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
GALEA DEBONO JOSEPH
Parties
FENECH ADAMI DR JOSEPH SIVE BEPPE vs AGIUS FELIX
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LIBELL, RESPONSABILITA` TA` EDITUR TA` XANDIRA RADJUFONIKA GHAL INTERVENTI TELEFONICI - LIBELL, XANDIRA RADJUFONIKA JEW VIZIVA
Summary
L-artikolu 25 (1) tal-Kap.248 jiddisponi li l-awtur, l-editur u/jew il-persuna responsabbli ghall-pubblikazzjoni jitqiesu li agixxew xjentement jekk ma jigix pruvat il-kuntrarju u s-subinciz (2)jghid li l-editur jitqies li agixxa xjentement jekk, ghalkemm kien jaf x'kien fiha x-xandira, fiz-zmien qabel il-pubblikazzjoni taghha, ma jkunx zamm dik il-pubblikazzjoni.

Minn dan johrog li hemm prezunzjoni "juris tantum" ta' htija f'kaz ta' malafama kontemplata fl-art. 11 tal-Kap 248fil-kaz tal-editur, sakemm dan ma jippruvax li ma jkunx agixxa xjentement u din il-prezunzjoni li jkun agixxa xjentement hija wahda "juris et de jure" f'kaz li jigi pruvat li jkun jaf bil-kontenut tax-xandira nkriminata minn qabel u ma jwaqqafhiex. Umbaghad bhala "safety net" biex jaqbad dawk il-kazi li fihom ma tkunx tirrizulta din il-htija prezunta bazata fuq ix-xjenza, hemm l-artikolu 26 tal-Kap.248 li jiddisponi li l-editur li ma jkunx agixxa xjentement, ikun hati ghall-piena ta' kontravvenzjonijiet.

Illi l-prezunzjoni ta' agir xjentement tezisti biss, fejn l-editur kien jaf x'kien fiha x-xandira, w mhux fejn seta' kien jaf jew fejn seta' ppreveda x'ser jintqal, jew fejn bl-adoperazzjoni ta' mezzi teknici seta' jkun hemm xi hadd li jinterrompi x-xandira. Fil-kaz in ezami l-ligi titkellem car u l-prezunzjoni tax-xjenza "juris et de jure" tiskatta biss fejn l-editur ikunjaf minn qabel bil-kontenut tax-xandira. Ghalhekk l-argument li l-editur appellat f'dan il-kaz kienirresponsabbli ghax ippermetta l-uzu tal-istazzjon ghall-programmi "live" minghajr l-adoperar ta'"delay control system" ma jreggix.

L-unika persuna li tista' tempestivament tintervjeni biex twaqqaf dak li jkun qed jinghid fi programmi "live" b'"phone ins" hu il-prezentatur. Dan tal-ahharghandu responsabbilta' gravi biex ma jhallix li nies jithammgu u jigu ngurjati minn nies malintenzjonati li juzaw dawn il-programmi ghal skop malinn, prattika din li sfortunatament qed issir komunijekk mhux regolari.

Ir-responsabbilta' tal-editur, fl-assenza ta' xi emenda fil-ligi, sertibqa' cirkoskritta b'dak li hemm mahsub fl-art. 25 tal-Kap.248 kif emendat bl-Att X tal-1996. U meta l-editur jipprova li hu ma kienx jaf minn qabel bil-kontenut ingurjuz tax-xandira, hu jitqies lima agixxiex xjentement w allura jiskatta l-provvediment tal-art. 26.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info