eCourts
Kawżi Ċivili
Sentenzi
Insolvenzi
Subbasti
Użu tal-Awli
Servizzi
Irċievi Notifiki bil-Mowbajl
Ħallas Multi tal-Qorti
Ħallas id-Dritt tar-Reġistru tal-Qorti
Għajnuna
Chat
Malti
English
Illoggja
Home
Fittex is-Sentenzi
Dettalji
Referenza: 4/2002/1
Niżżel
Dettalji tas-Sentenza
Data
17/10/2002
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
GALEA DEBONO JOSEPH
Partijiet
IL-PULIZIJA (SPT. ABRAHAM ZAMMIT) vs GAUCI CHARLES
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Kawża Llinkjata
IL-PULIZIJA (SPT. ABRAHAM ZAMMIT) vs GAUCI CHARLES - 4/2002/1 - TA' L-APPELLI KRIMINALI (INFERJURI), MALTA
Kliem Ewlieni / Fil-Qosor
Kliem Ewlieni
MANTENIMENT, APPROPRJAZZJONI TA` L-ASSI TAL-KOMUNJONI PENDENTE LITE - MANTENIMENT, PROCEDURI KRIMINALI
Fil-Qosor
Ordni ghall-hlas ta' manteniment kontenut f'Digriet moghti mis-Sekond' Awla jibqa' validu ghall-finiw effetti kollha tal-art. 338(z) irrispettivament minn jekk ic-citazzjoni quddiem il-Prim' Awla gietx intavolata, kemm il-darba ma jkunx irrizulta li dak id-Digriet gie espressament revokat jew altrimenti mibdul mill-istess Sekond' Awla u salv il-prova tar-rikonciljazzjoni jew ta' dikjarazzjoni ta'Qorti ohra kompetenti li dak id-Digriet jew dak l-ordni kien null.
Ghall-finijiet tal-art. 338(z) tal-Kodici Kriminali hu bizzejjed li l-Prosekuzzjoni tipprova :-
1. li nghata ordni minn Qorti ghall-hlas ta' manteniment (billi ggib kopja legali tad-Digriet;
2. li dak il-manteniment ma thallasx fi zmien hmistax (15) il-jum minn dak il-jum li fih;
Ikun jispetta umbaghadlill-akkuzat li jipprova, jekk irid, u fuq bazi ta' probabbilita' li dak l-ordni kien gie revokat jew mibdul jew dikjarat null mill-Qorti kompetenti jew li kienet saret rikonciljazzjoni
Prelevament ta' fondi appartenenti lill-komunjoni tal-akkwisti minn wahda mill-partijiet ma tistax titqies bhala speci ta' kompensazzjoni gjudizzjali li tannjenta imputazzjoni taht l-art. 338 (z) tal-Kap.9. Tali prelevament, anki jekk jirrizulta, ma jistax jitqies li jkun sar in sodisfazzjon in anticiputa' xi dritt attwali jew eventwali ta' manteniment, fl-assenza ta' xi ftehim jew transazzjoni (li trid issir bil-miktub ad validitatem ) bejn il-konjugi. F'kazijiet ta' separazzjoni ta' spiss jigri lil-assi tal-komunjoni jew parti minnhom jigu ppossessati miz-zewg konjugi jew minn wiehed minnhom ujibqghu hekk fil-pussess taghhom tul il-pendenza tal-proceduri ghas-separazzjoni jew sakemm isir kuntratt ta' separazzjoni bejn il-partijiet. Dan l-istat ta' fatt pero' ma johloqx xi trasferiment ta'proprjeta' jew xi divizjoni w assenjazzjoni tal-assi tal-komunjoni bejn il-konjugi f'dak l-istadju.Tali likwidazzjoni, divizjoni w assenjazzjoni tal-assi tal-komunjoni bejn il-konjugi ssir biss jew b'sentenza definittiva tal-Qrati jew b'kuntratt ta' separazzjoni bonarja. Sakemm dan isir, ikunu jezistu krediti tal-komunjoni tal-akkwisti kontra l-konjugi rispettivi ghall-dawk l-assi tal-komunjoni li jkunu jinsabu ghand wiehed jew l-ohra. Dawn jigi likwidati finalment kif fuq intqal, u jigu umbaghad divizi w assenjati lil konjugi rispettivi.
Ghalhekk dak li jkollu fil-pussess tieghu wiehed mill-konjugi fil-mori tas-separazzjoni ma jista' qatt jitqies li jkun hadu bi hlas ta' manteniment li ghalih ikun intitolat w allura pacut addirittura bil-quddiem ma hlasijiet ta' alimenti li jkunuser isiru dovuti, kif jidher li rriteniet l-Ewwel Qorti fis-sentenza appellata, u b'hekk tirrendi lil-parti inadempjenti mhux passibbli ghall-proceduri penali taht l-art.338 (z),salv f'xi kazijiet partikolari, ghal xi konsiderazzjoni dwar il-piena.
Agħfas hawn biex tfittex mill-ġdid.
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku.
Iktar Informazzjoni
Naċċetta