Reference: 1542/2000/1

Judgement Details


Date
30/09/2002
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
FILLETTI JOSEPH A.
Parties
GRIMA COMMUNICATIONS LTD vs MUSCAT JOSEPH
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KUNTRATT LEGALI U VALIDU
Summary
Din il-Qorti mhijiex ser tmur kontra l-prassi stabbilita li fejn si tratta ta' evalwazzjoni u apprezzament ta' provi hija ma tiddisturba qatt leggerment dak l-ezercizzju li jkun sar mill-ewwel Qorti jew Tribunal. Minbarra dan, galadarba huwa l-attur li qieghed jallega xi haga u mhux bil-maqlub, jibqa' dejjem fuqu l-oneru tal-prova.

Il-konvenut proprjament qieghed jinnega li gie moghti s-servizz li l-appellant jallega li pprovdielu u “ei incumbit probatio qui dicit non ei qui negat.” Bil-mod kif it-Tribunal qata' l-kaz ma kienx ifisser li dan injora l-fatt li s-socjeta' appellanti kellha kuntratt legali u validu. Dan il-fatt qatt ma kien in kontestazzjoni. Is-socjeta' appellantiallegat li hija forniet servizz ta' pubblicita' “on air” lill-konvenut kif mifitehem bejniethom filwaqt li l-konvenut qieghed jinnega li dan sar. Fic-cirkostanzi, l-prova tal-fatti kienet maggorment tispetta li ssir mill-appellanti.

Fil-kaz in ezami ma kienx sufficjenti ghas-socjeta' appellanti li tirreferi ghall-kuntratt u li hija kienet baghtet kontijiet lill-konvenut. L-ewwel kien jinhtigilha tistabbilixxi u tipprova almenu fuq bazi ta' probabilita', “all the material facts which healleges in support of his claim” - haga li ma tirrizultax li saret. Jekk imbaghad l-appellant hassli setghu jittellghu persuni ohrajn biex jixhdu, dan kien jispetta lilu u mhux lil minn min qieghedjichad.

Minn dak li kkostatat din il-Qorti, dan la kien kaz ta' nuqqas ta' imparzjalita' ulanqas ta' nuqqas ta' tharis tad-dettami tal-ekwita'. Ebda wiehed mill-aggravji tas-socjeta' appellanti ma jirrizulta fondat.

Ghaldaqstant din l-Onorabbli Qorti tal-Appell tiddeciedi billi, filwaqt li tikkonferma s-sentenza appellata, tichad l-appell tas-socjeta' attrici appellanti bl-ispejjez taz-zewg istanzi kontra taghha.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info