Reference: 1323/1999/1

Judgement Details


Date
04/10/2002
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
SAMMUT EMANUEL vs BEZZINA ALFRED ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPALT; COMPLETION DATE - APPALT; GROUTING - APPALT; NUQQAS TA FTEHIM BEJN L-APPALTANT U L-APPALTATUR - APPALT; NUQQAS TA SUDISFAZZJONI TAX XOGHOL
Summary
L-artikolu 171(3) tal-Kap 12 tal-Ligijiet ta' Malta jiddisponi li s-sentenza li tinghata fil-qrati tal-Magistrati (Malta) u dawk ta' Ghawdex ma tehtiegx li tkun tinkludi r-ragunijiet kollha li wasslughaliha, izda tista' biss issemmi l-punti ewlenin li fuqhom il-Qorti tkun ibbazat il-konkluzzjonijiet taghha. Dan id-dritt izda ma jeskludiex lill-gudikant li fil-parti operativa tas-sentenza, li, skont l-artikolu 23 tal-istess Kap 12, ghandha tinqara fil-pubbliku, tinkludi talbiet jew l-eccezzjonijiet li jkunu gew decizi u kull dikjarazzjoni mahsuba li tkun konlusiva jew vinkolanti.

Mill-provi prodotti jidher li r-relazzjonijiet ta' bejn il-kontendenti naxxenti mill-appalt in kwistjonihadu xejra ghall-aghar minhabba nuqqas ta' ftehim bejn l-appaltant u l-appaltatur dwar diversi aspetti tax-xoghol u partikolarment meta kellu jintemm, l-volum ta' xoghol gornaljier li kien qed jigi ezegwit, l-assenza ta' apparat adegwat u l-kwistjoni tal-“grouting”.

Din l-Qorti tal-Appell mataqbilx mal-konkluzzjoni fis-sentenza appellata li ma kienx hemm “provi sodi” u li konsegwentementl-istess qorti kellha “tiddecidi l-vertenza arbitrio boni viri.” Fil-fatt b'dan il-mod certament masaritx gustizzja u dan ghar-raguni segwenti.

F'materja teknika bhal ma huwa xoghol ta' tqeghid ta' madum, sew tal-art kif ukoll ta' mal-hajt, fejn qed jigi allegat li x-xoghol ma kienx sar skont l-arti u s-sengha, kien mistenni li l-Qorti tqabbad persuna kompetenti biex tirrelata dwar l-fundatezza tal-allegazzjoni u finalment tiddecidi skont din ir-referenza jekk jkun jidhrilha li hija gusta u ragionevoli u dana b'rispett lejn dak li jipprovdi l-artikoli 681 tal-Kap 12. Fl-assenza ta' din il-hatra, il-Qorti trid ta' bilfors tifli sewwa l-provi biex tara jekk l-allegati nuqqasijiet jirrizultawx u anke tiehu in konsiderazzjoni dawk il-provi teknici li setghu resqu l-partijiet.

Fil-kaz in ezami jirrizulta li l-istess konvenuti, minhabba li ma kienux sodisfatti bix-xoghol tal-attur, inkarigaw perit Arkitett Buontempo li kkonkluda li l-kont finali ghandu jkun fl-ammont ta' LM594. Dan ir-rapport gie ezebit mill-konvenuti in sostenn tal-eccezzjoni taghhom dwar xoghol hazin.

L-artikolu 563A tal-Kap 12 tal-Ligijiet ta' Malta jiddisponi li “Meta persuna tissejjah bhal xhud, l-opinjoni taghha fuq kull kwistjoni rilevanti li dwarha hi kwalifikata taghti xiehda bhala espert, ghandha tintlaqa' bhala xiehda biss jekk, fil-fehma tal-qorti, dik il-persuna jkollha l-kwalifiki mehtiega dwar dik il-kwistjoni.” Il-Perit Arkitett ghandu l-kwalifiki necessarji biex jesprimi opinjoni dwar xoghol ta' madum. Isegwi li l-opinjoni espressa fir-rapport ghandha l-effett ta' xiehdata' espert in materja li torbot lill-kontendenti. In effetti dan ir-rapport gie presentat mill-konvenuti in sostenn tal-ilment taghhom, u qed jigi accettat mill-istess attur.

Dwar l-allegazzjoni li saret mill-konvenuti li huma, bhala konsegwenza tan-nuqqasijiet tal-attur, sofrew danni, l-unika accenn ghad-danni sar mill-konvenuta fix-xiehda taghha fejn sostniet li hija sofriet danni minhabba l-“grouting” li kien sar. F'dan ir-rigward l-attur jghid li ma kienx hu li xtara l-materjal izdakienet l-konvenuta. Da parti taghha l-konvenuta, filwaqt li tammetti li kienet hija stess li xtratil-materjal, il-grouting kien abjad u kien l-attur li haltu u pproduca il-kulur li ma kienx accettat. L-attur ma jikontestax dan il-fatt. L-attur, li kien l-espert in materja, ma ghamilx tahlita tajbata' kulur u grouting bir-rizultat li dan gie ta' kulur mhux acettabbli u konsegwentement l-Perit kien korrett meta ghamel l-osservazzjoni tieghu u d-debita riduzzjoni fil-prezz.

Dwar l-allegat ftehim tal-“completion date” hemm nuqqas ta' qbil bejn il-kontendenti. Izda ghandu jinghad li ankejekk ghal grazja tal-argument wiehed kellu jaccetta l-verzjoni tal-konvenuti dwar t-terminu ghall-ezekuzzjoni tax-xogholijiet, jirrizulta ampjament li dawn qatt ma setghu jigu konkluzi fiz-zmien stabbilit billi l-attur ma giex provdut bill-materjal ghat-tqeghid “in tempo” minhabba fatturi estraneiu cioe “shut down” fil-fabbrika li kienet ser tipprovdi l-materjal. Dan ghalhekk ma kienx nuqqas tal-attur izda pjuttost tal-konvenuti li ma hasbux minn qabel biex jipprovdu l-madum kollu ‘on site'. Ghalhekk ma jistghux l-konvenuti jaddebitaw lill-konvenut xi danni naxxenti minn nuqqas taghhom.

Ghalkemm huwa minnu li minn jordna x-xoghol u jhallas ghalih ghandu jkun sodisfatt bir-rizultat,dan ma jfissirx li meta jinqala' nuqqas ta' ftehim bejn l-appaltant u l-appaltatur dwar in-natura tax-xoghol hija biss il-kelma ta' minn jghati x-xoghol li ghandha valur. Ghalhekk jezistu l-qrati u ghalhekk hemm il-possibilita' ta' hatra ta' esperti indipendenti. F'dan is-sens din il-Qorti ma taqbilx mal-kumment li sar mill-ewwel qorti.

Ghaldaqstant din il-Qorti tirriforma s-sentenza appellata billi tiddikjara li l-attur huwa dovut is-somma bilancjali ta' LM294.50 u dana in bazi ghar-rapport peritali ppresentat mill-istess konvenuti tal-AIC Buontempo, u bl-imghax legali mid-decizjoni ta' din is-sentenza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info