Reference: 1689/2001/1

Judgement Details


Date
02/10/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
CALLEJA ANGELE vs CALLEJA CLAUDE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ATT TA` AMMINISTRAZZJONI STRAORDINARJA, ANNULLAMENT MA JISTA` QATT IKUN RELATTIV - ATT TA` AMMINISTRAZZJONI STRAORDINARJA, ANNULLAMENT TA` ATT IMWETTAQ MINGHAJR IL-KUNSENS MEHTIEG - ATT TA` AMMINISTRAZZJONI STRAORDINARJA, GARANZIJA - ATT TA` AMMINISTRAZZJONI STRAORDINARJA, KAMBJALA - GARANZIJA, ATT TA` AMMINISTRAZZJONI STRAORDINARJA - KAMBJALA, ATT TA` AMMINISTRAZZJONI STRAORDINARJA - KOMUNJONI TAL-AKKWISTI, ATTI NORMALI TA` GESTJONI TA` KUMMERC, NEGOZJU JEW PROFESSJONI - KOMUNJONI TAL-AKKWISTI, IL-HRUG TA` KAMBJALA HUWA ATT TA` AMMINISTRAZZJONI STRAORDINARJA - KOMUNJONI TAL-AKKWISTI, L-GHOTI GARANZIJA HUWA ATT TA` AMMINISTRAZZJONI STRAORDINARJA - KOMUNJONI TAL-AKKWISTI, THASSIR TA` ATTI LI JEHTIEGU L-KUNSENS TAZ-ZEWG PARTIJIET MIZZEWGA IZDA LI JITWETTQU MINN PARTI WAHDA MINGHAJR IL-KUNSENS TAL-PARTI L-OHRA
Summary
L-Artikolu 1326(1) tal-Kodici Civili jiprovdi li atti li jehtiegu l-kunsens taz-zewg partijiet mizzewga izda li jitwettqu minn parti wahda minghajr il-kunsens tal-parti l-ohra jistghu jkunu annullatifuq it-talba tal-parti l-ahhar imsemmija meta dawk l-atti jkunu dwar it-trasferiment jew il-holqienta' jedd reali jew personali fuq proprjetà immobbli; u meta dawk l-atti jkunu dwar proprjetà mobblidawn jistghu jkunu annullati biss meta l-jeddijiet fuqhom ikunu nghataw b'titolu gratuwitu.

(2) Kull azzjoni ghal annullament tista' tittiehed biss mill-parti li kien mehtieg il-kunsens taghhau fiz-zmien perentorju ta' tlett snin -
(a) mid-data minn meta dik il-parti saret taf bl-att, jew
(b) mid-data tar-registrazzjoni, meta dak l-att jehtieg registrazzjoni, jew
(c) mid-data li tintemm il-komunjoni ta' l-akkwisti,
skond liema tkun l-ewwel data.

(3) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2), il-jedd moghti bis-subartikolu (1) lil parti li titlob annullament ta' att jispicca malli jaghlqu tliet xhur mill-jum li fih ikun notifikat l-att lil dik il-parti bil-mezz ta' att gudizzjarju, kemm-il darba dik il-partima tkunx bdiet azzjoni ghal dak l-annullament.

L-ghoti ta` garanzija huwa att ta` amministrazzjoni straordinarja li jehtieg il-kunsens taz-zewgpartijiet mizzewga. Garanzija li tohloq jedd personali fuq proprjeta` mobbli u li tinghata gratuwitament hija ghalhekk annullabbli kemm-il darba ma ssirx bil-kunsens taz-zewg mizzewgin.

L-iffirmar ta' 'kambjala' ma huwiex per se att ta' amministrazzjoni straordinarja nkwantu tali att mhux elenkat fis-subinciz (3) ta' l-Artikolu 1322. Izda l-istess subinciz ta' l-artikolu 1322 jikkunsidra ukoll bhala atti ta'amministrazzjoni straordinarja sew dawk l-atti fejn jeddijiet reali fuq beni mmobbli jkunu akkwistati, mahluqa jew trasferiti; kif ukoll is-self ta' flus.

L-obbligazzjoni naxxenti mill-kambjala giet hawnhekk meqjusa bhala self li l-garanti jaghmel lis-socjeta' debitrici billi bhala garanti kien ser jissodisfa debitu tal-istess socjeta' favur terzi u wkoll dik l-istess socjeta' kienet tkun responsabbli ghar-restitutzzjoni lilu tal-ammont imhallas bhala konsegwenza ta' l-arrangamenti interni bejn d-debitur principali u l-garanti.

Barra minn hekk kreditu rappresentat b` kambjala jista' facilment, wara d-debiti proceduri, jissarraf f'jedd reali fuq il-beni mmobbli appartenenti lill-komunjoni ta' l-akkwisti u dana bir-registrazzjoni fir-registru pubbliku tas-sentenza relattiva.

L-artikolu 1324 tal-Kap 16 jghid li "Atti normali ta' gestjoni ta' kummerc, negozju jew professjoni li jkunu qed jigu ezercitati minn parti wahda biss mill-mizzewgin, ikunu vestiti biss f'dik il-parti li fil-fatt tkun qed tezercita dak il-kummerc, negozju jew professjoni anke fejn dawk l-atti kieku ma kienux maghmula in relazzjoni ma'dik is-sengha, negozju jew professjoni kienu jikkostitwixxu amministrazzjoni straordinarja."

Dan l-artikolu jikkrea eccezzjoni ghar-regola generali li tinsab enuncjata fl-artikolu 1322 tal-Kap 16 fuq riportat. Dan l-artikolu izda mhux intiz biex jaghti mano libera lil dik il-parti li tkun qed tiggestixxi negozju, kummercjew professjoni biex, minghajr xkiel, t'addebita lill-komunjoni ta' l-akkwisti ezistenti b'dejn lialtrimenti jkun suggett ghall-azzjoni ta' annullament. Dan l-artikolu huwa intiz sabiex jiffacilita'l-atti ta' kull jum ta' negozjant, jew profesjonista li ma jistax jippretendi li, f'kull att ta' kummerc jew negozju, jew fl-ezercizzju tal-professjoni ta' dak li jkun, jkollu l-htiega tal-presenza tal-konsorti. Ghalhekk din l-eccezzjoni ghar-regola ghandha tiftiehem b'mod restrittiv billi fl-ewwellok dak l-'att' ghandu jkun marbut ma' dak in-negozju, kummerc jew professjoni ezercitat regolarment minn dak li jkun, u fit-tieni lok din l-eccezzjoni hija intiza sabiex taghti l-fakolta lin-negozjant jew professjonista li jagixxi de proprjio minghajr l-htiega tal-konsorti, kif rikjest fis-subinciz (2) ta' l-Artikolu 1322.

Meta atti ta` amministrazzjoni straordinarja mwettqa minn wiehed mill-mizzewgin minghajr il-kunsens tal-iehor jigu annullati, in-nullita` li tinholoq tkun ta` naturaassoluta u ma jistghax jinghad li tali atti huma biss relattivament nulli, fis-sens li jibqghu fis-sehh fil-konfronti tal-proprjeta` parafernali tal-obbligat (Ara pero` Claudette Gauci v. Paolo Bonnici Ltd et 14/02 TM deciza 9/10/2003 appell pendenti u Angela Demarco v. David Demarco et PA 1774/01 TM deciza 9/10/2003 appell pendenti).




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info