Reference: 2149/1997/1

Judgement Details


Date
01/10/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
SPITERI ANGELO ET vs BUGEJA JOSEPH
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LIBELL, PUBBLIKAZZJONIJIET KWAZI-PRIVILEGGJATI - LIBELL, PUBBLIKAZZJONIJIET PRIVILEGGJATI - PROCEDURI GUDIZZJARJI
Summary
Il-pubblikazzjonijiet privileggjati taht l-Att dwar l-Istampa huma ntizi bhala rikonoxximent legislattiv tal-fatt li f'certi cirkostanzi dettati minn public policy jirrikjedi li bniedem ikun liberu minn kull responsabilita` ghall-publikazzjoni ta' kliem defamatorju jew libelluz. Ghalhekk isegwi litali privilegg m'ghandux jigi estiz, hlief ghal kazi indikati mill-ligi, certament li fejn dan jezisti dan ghandu jigi ritenut bhala assolut.

Hemm tlett kategoriji ta' tali privilegg f'dak li jirrigwarda proceduri gudizzjarji u cioe`:

(a) "Coram Judice" dak li jsir proprio quddiem il-Qorti, bhal xhieda, trattazzjoni, dokumenti, noti ta' osservazzjonijiet, etc;

(b) dak kollu lijsir mill-bidu tal-istess proceduri u testendi wkoll ghal kull dokument li jsir sabiex jaghti bidughall-istess proceduri, inoltre l-att tac-citazzjoni innifisha;

(c) atti preparatorji dawn xhieda sabiex jitressqu sabiex jaghtu tali xhieda quddiem Qorti kompetenti.

Illi tali privileggjestendi hawn ghall-gudikanti, avukati, xhieda u l-partijiet innifishom, u fl-ahhar kaz imsemmi, gie stabbilit illi l-ebda azzjoni ma tista' tittiehed fil-konfront tieghu ghal dak minnu dikjarat fi kwalsijasi sottomissjoni, risposta ghal mistoqsija, affidavit jew fil-kors tad-difivza tieghu fi proceduri kriminali jew civili jew fl-istruzzjonijiet moghtija fil-preparazzjoni ta` sottomissjoni jew dokument.

Barra minn hekk l-ebda azzjoni ma tista' tittiehed dwar kull dokument li huwa incidentali ghal bidu proprio ta' proceduri gudizzjarji jew quasi gudizjarji, u f'dan il-kuntest fejn il-forma tal-istess dokument hija ta' importanza massima sabiex tistabbilixxi l-estensjoni ta' tali privilegg.

Apparti l-privilegg assolut jezisti wkoll kwazi-privilegg li japplika taht certi cirkostanzi.

Hemm diversi okkazzjonijiet fejn l-istess kwazi privilegg jista' jigi eccepiet, pero'dan bl-ebda mod ma jfisser li tali okkazzjonijiet jistghu jigu delineati b'mod preciz ghaliex kollox jiddependi fuq il-kaz partikolari, pero' dan certament jinkorpora incidenti fejn jsiru dikjarazzjonijiet meta wiehed ikun obbligat li jaghmel dan f'termini kemm privati u kemm pubblici, bhal meta persuna f'kariga jaghmel rapport kontra impjegat anke ta' azzjenda privata, jew isir rapport minn individwu lil xi awtorita' kompetenti bhal per ezempju lill-Pulizija, jew lil xi awtorita' ohra sabiex l-istess kaz, ilment, allegazzjoni, anke di fronte ghall-persuna jigi nvestigat.

Dan l-obbligu jew necessita' li jsir rapport ta' din in-natura jista' ma jkunx legali izda obbligu morali jista'jkun bizzejjed.

Pre-suppost ghall-applikazzjoni ta' dan il-principju huwa li l-obbligu tal-persuna li taghmel l-istess kommunikazzjoni irid jezisti kontemporanjament mal-interess tal-persuna li lejha l-istess kommunikazzjoni tkun diretta. Hekk kemm l-obbligu tal-persuna li taghmel l-istess dikjarazzjoni u l-interess tal-persuna li tircievi l-istess dikjarazzjoni jridu jkunu jezistu bhala fatt, u d-determinazzjoni tal-istess hija fiha nfisha kwistjoni ta' fatt.

Illi l-istess interess irid ikun legittimu u jrid jezisti dak li jissejjah 'reciprocity of interest" "in the party towhom the communication is made as well as in the person making it", u taht dan il-kategorija jaqawkommunikazzjonijiet li jsiru 'in the discharge of a duty" bhal per ezempju character references ta'impjegati u ohrajn, rapporti dwar temm ta' impjieg, rapporti ta' allegati abbuzi ta' persuni f'hi sfera partikolari ta' kummerc lill Awtoritajiet kompetenti, u hafna okkazjonijiet ohra, dment li l-istess dikjarazzjonijiet jsiru in bona fede.

F'dan il-kaz l-azzjoni ta' libell ma tistax tirnexxi jekk ma jigix ippruvat li l-konvenut agixxa in mala fede bl-intenzjoni specifika li jimmalafama lil dak li jkun.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info