Referenza: 130/2002/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
09/09/2002
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT
Partijiet
IL-PULIZIJA vs ZAHRA JOSEPH
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
SENTENZA, INDIKAZZJONI TAL-ARTIKOLU LI JIKKONTEMPLA R-REAT - UFFICJAL PUBBLIKU, ATTAKK JEW REZISTENZA LIL - UFFICJAL PUBBLIKU, INGURJI JEW THEDDID LIL
Fil-Qosor
L-Artikolu 382 tal-Kodici Kriminali jirrikjedi li s-sentenza ghandha ".ssemmi l-artikolu ta' dan il-Kodici jew ta' kull ligi ohra li tkun tikkontempla r-reat", ma jirrikjedix li, jekk ikun hemm aktarminn imputazzjoni wahda, id-diversi artikoli msemmija jridu jissemmew kull wiehed in relazzjoni ghalkull wahda mill-imputazzjonijiet. Il-prassi tal-Qrati Kriminali hi li f'xi parti tas-sentenza - normalment jew qabel id-decide jew qabel il-paragrafu li jsemmi l-piena - fl-linja wahda u wara xulxinjigu ndikati d-diversi disposizzjonijiet tal-ligi li jkunu jikkontemplaw id-diversi reati.

Skond l-Artikolu 96(a) tal-Kodici Kriminali jirrikjedi mhux biss li l-vittma tkun "persuna inkarigataskond il-ligi minn servizz pubbliku" (l-istess bhalma jirrikjedi l-Artikolu 95(1)), izda wkoll li r-reat ikun sar filwaqt li dik il-persuna hekk inkarigata minn dak is-servizz pubbliku "tkun qed tagixxi ghall-ezekuzzjoni tal-ligi jew ta' xi ordni moghti skond il-ligi minn xi awtorita` kompetenti".Din l-espressjoni hi differenti minn dik uzata fl-Artikolu 95(1) - "waqt li jkun jaghmel jew minhabba li jkun ghamel dan is-servizz, jew bil-hsieb li jbezzghu jew li jinfluwixxi fuqu kontra l-ligi fl-esekuzzjoni ta' dan is-servizz".




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni