Referenza: 411/2016

Dettalji tas-Sentenza


Data
22/02/2019
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
SCERRI HERRERA CONSUELO-PILAR
Partijiet
IL-PULIZIJA vs FARRUGIA JONATHAN
ECLI
ECLI:MT:AKI:2019:115569
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL, DEZERT
Fil-Qosor
Illli huwa l-obbligu tar-rikorrent li jsegwi l-proceduri kriminali, istitwiti minnu, quddiem l-Qortital-Appell Kriminali, u hu d-dritt tieghu u ghandu l-opportunita` kollha sabiex jgharraf minnufih lill-avukat tieghu bid-data tas-smigh tal-appell, ghandu wkoll l-opportunita` li meta l-appell tieghujmur dezert f'dik id-data huwa jkellem lill-avukat tieghu sabiex jassistih legalment, u mhux jibqa'totalment indifferenti ghal dan kollu u ma ghamel xejn sakemm gie informat li ghandu jiskonta l-piena ta' prigunerija. Il-komportament tar-rikorrent, huwa wiehed fejn ghandu jkun konformi mal-obbligutieghu “to display special diligence in the defence of his interests'.
Issa fil-kaz in desaminairrizulta li ir-registratur tal-Qorti ha diversi zbalji fosthom li ddikajra li l-kawza kienet dezerta u ma irrangax il-verbal tant li irrizulta li l-kawza mhux vera kienet giet dikarjata dezerta u lima hassarx it-ticket of admission mahrug minnu minkejja li l-kawza kient ghada ghaddejja. Pero' ma tkunx gustizzja jekk minhabba zball jew nuqqas tar-registratur li ma hux parti fil-kawza ghax ma osservax il-procedura imposta fuqu bil-ligi li jigi penalizat l-appellant bir-risultat li jispicca jghamel tmintax-il xahar habs minghajr ma l-appell tieghu lanqas biss gie trattat. Dan zgur ma hix l-intenzjoni tal-legislatur li taghmel ingustizzja ma persuna li tinsab akkuzata quddiem il-Qorti tal-Appelli Kriminali. Fic-cirkostanzi il-Qorti ordnat il-korrezzjoni necessarja fil-process.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni