Referenza: 345/2018

Dettalji tas-Sentenza


Data
12/12/2018
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
SCERRI HERRERA CONSUELO-PILAR
Partijiet
IL-PULIZIJA vs ZAFFARESE MARIO
ECLI
ECLI:MT:AKI:2018:114629
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
LEGITTIMA DIFISA
Fil-Qosor
Dan kien kaz fejn tqajmet l-eccezzjoni tal-legittima difisa f'argument. Il-Qorti iirimarkat li ghalhekk id-difiza trid tkun saret sabiex jigu evitati konsegwenzi li jekk javveraw ruhhom jikkagunaw hsara irreparabbli lill-imputat, jigifieri hsara jew offizi fil-hajja, gisem u/jew partijiet tal-gisemtal-imputat jew ta' haddiehor. L-imputat irid jipprova li dak li ghamel ghamlu, stante li fl-istat psikologiku li kien jinsab fih f'dak il-mument, biex jevita il-perikolu li ma setax jigi evitat b'modiehor. Jigifieri l-perikolu ghandu jkun attwali, ta' dak il-hin u mhux xi theddida ta' perikolu litkun saret hinijiet qabel, ghax dan jista' jaghti lok biss ghall-provokazzjoni u mhux difiza legittima. Il-perikolu irid ikun ukoll assolut, cioe li f'dak il-mument li kien qed isehh ma setax jigi evitat b'xi mod iehor. Izda hawnhekk ghandu jigi applikat it-test soggettiv kif diversi awturi u s-sentenzi tal-Qrati dejjem specifikaw li mhux bizzejjed li wiehed jghid x'seta' ghamel jew xi jmissu ghamel l-imputat, qabel ma ha l-azzjoni in difiza bl-uzu tal-forza. Kif
jghid il-Professur Mamo “the danger against which the accused reacted should be viewed not necessarily as it was in truth and in fact, but rather as the accused saw it at the time.” Mil-provi dan ma irrizultax u din l-eccezzjoni giet michuda.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni