Referenza: 322/2017

Dettalji tas-Sentenza


Data
04/12/2018
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
SCERRI HERRERA CONSUELO-PILAR
Partijiet
IL-PULIZIJA vs GALEA ROBERT
ECLI
ECLI:MT:AKI:2018:114485
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
NULLITA RIKORS TA APPELL
Fil-Qosor
Dan kien kaz fejn tqajmet n-nullita tar-rikors tal-appell. Il-Qorti irrilevat li permezz ta' l-ahhar emenda li saret u cioe b'Att I tas-sena 2018 il-kliem taht ' piena ta' nullita' gew imhasra u ghalhekk dan ifisser li minkejja li wahda minn dawn ir-rekwiziti ikun nieqes, tali nuqqas ma iwassalx ghan-nullita ta' l-att. Ir-raison d'etre tal-paragrafi (a), (b) u (c) tas-subartikolu (1) tal-artikolu419 huwa s-simplifikazzjoni u l-kjarezza. Il-legislatur evidentement irid li r-rikors ghandu jkun redatt b'tali mod li mill-ewwel ipoggi kemm lill-Qorti kif ukoll lill-appellant fil- posizzjoni li jkunu jafu ezatt x'inhuma l-fatti kollha essenzjali, minn xhiex qed jilmenta l-appellant, u x'inhu jitlob. Pero' minkejja li l-legislatur jirrikjedi dan mhux qed jinsisiti li jekk uhud min dawn ir rekwiziti huma nieqsa l-atti jigi kunsidrat null. Ghalhekk il-legislatur ried li jkun hanin ma min jippresenta att li mhux in regola mal-ligi.
Illi l-appellant interpona appell mis-sentenza tal-ewwelQorti ghaliex hassu aggravat bis-sentenza li ingahta u dan ghaliex fil-fehma teighu l-piena inflittakienet wahda eccessiva.
Illi l-avukat difensur kellu issemmi fis-sentenza il-fatti fil-qosor tal-kawza u dan sabiex tkun in sintezi ma dak li jiddisponi is -sub inciz (a) tal artikolu 419.
Illi n-nuqqas tal-appellant ghalkemm jidher li huwa ta' portata zghira kien jammonta ghan-nullita' lima kienx ghall-emendi introdotti bl-Att I tal-2018, u tali rikors konsimili kien ikun possibilment soggett ghal ezitu infelici.
Illi ghalhekk in linea ma dak li jiddisponi l-artikolu 419 (1) (a) l-Qorti qieghda idderigiet lill-avukat difensur tal-appellant sabiex tipprezenta rikors fejn jitlob li jghamel korrezzjoni fir-rikors tal-appell tieghu fis-sens li izzid il-fatti fil-qososr tal-kawza in desamina u cahdet l-eccezzjoni ta' nullita.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni