eCourts
Civil Cases
Judgements
Insolvencies
Judicial Sales
Hall Usage
Services
Get Mobile Notifications
Pay Court Fines
Pay Court Registry Fees
Help
Chat
Malti
English
Log In
Home
Search Judgements
Details
Reference: 144/2002
Download
Judgement Details
Date
26/07/2002
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT
Parties
IL-PULIZIJA vs TAEK MAHOUD ABU MEHDI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
IL-PULIZIJA vs TAEK MAHOUD ABU MEHDI - 144/2002 - OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR), MALTA
Keywords / Summary
Keywords
PROCEDURI KRIMINALI, NE BIS IN IDEM - SENTENZA SOSPIZA, KOMMISSJONI TA` REAT WAQT IL-PERIJODU OPERATIV TA`
Summary
Meta si tratta ta` imputazzjoni ta' kommissjoni ta' reat (li jgorr piena ta' prigunerija) fil-periodu operattiv ta' sentenza sospiza, fin-nuqqas ta' prova tal-identita` (jew anke kieku ma saritx il-prova tas-sentenza sospiza, per ezempju, ghax ma ingabitx kopja legali ta' dik is-sentenza) Qorti ta'Gustizzja Kriminali ghandha mhux tillibera izda semplicement tastjeni milli tiehu konjizzjoni aktarta' dik l-imputazzjoni, bhalma jsir fil-kaz ta' imputazzjonijiet jew akkuzi alternattivi. B'hekk jithalla l-kamp liberu ghall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 28D tal-Kodici Kriminali.
L-imputazzjoni li wiehed ikun ikkommetta reat (li ghalih hemm il-piena ta' prigunerija) fil-periodu operattiv ta' sentenza sospiza ma hix imputazzjoni ta' reat; hija semplicement imputazzjoni ta' fatt li, jekk dak il-fatt jigi ppruvat, jammonta ghall-ksur ta' kundizzjoni imposta mill-qorti (u, indirettament, mill-ligi stess) sabiex wiehed ma jmurx minnufih jiskonta piena ta' prigunerija li ghaliha jkun gie kkundannat.
Kif inhu risaput, ir-regola tan-ne bis in idem kif espressa fl-artikolu 527 tal-Kodici Kriminali hija aktar wiesgha minn kif formulata fl-Artikolu 39(9) tal-Kostituzzjoni. Filwaqt lil-Artikolu 39(9) tal-Kostituzzjoni jitkellem dwar "reat kriminali" u japplika d-dottrina tan-ne bisin idem ghal dak ir-"reat kriminali" partikolari li tieghu dak li jkun ikun gie misjub hati jew illiberat u ghal "reati kriminali" ohra komprizi u involuti f'dak ir-reat kriminali partikolari, l-Artikolu 527 jitkellem dwar "l-istess fatt". L-Artikolu 527, infatti, jghid hekk: "Wara sentenza li f'kawza tillibera imputat jew akkuzat, dan ma jistax ghall-istess fatt ikun suggett ghal kawza ohra" (sottolinear ta' din il-Qorti). Hu appena necessarju li jigi osservat li ghalkemm din id-disposizzjonititkellem dwar il-liberazzjoni ta' dak li jkun, u mhux ukoll dwar il-kundanna tieghu, il-qrati taghna dejjem interpretawha bhala li tinkludi wkoll il-kaz fejn persuna tkun giet misjuba hatja ta' l-istess fatt.
Click here to search again.
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies.
More Info
Got It