eCourts
Kawżi Ċivili
Sentenzi
Insolvenzi
Subbasti
Użu tal-Awli
Servizzi
Irċievi Notifiki bil-Mowbajl
Ħallas Multi tal-Qorti
Ħallas id-Dritt tar-Reġistru tal-Qorti
Għajnuna
Chat
Malti
English
Illoggja
Home
Fittex is-Sentenzi
Dettalji
Referenza: 326/1998/1
Niżżel
Dettalji tas-Sentenza
Data
12/07/2002
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
VALENZIA GEOFFREY
Partijiet
SAMMUT SAVIOUR ET vs DEMANUELE ROBERT
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Kawża Llinkjata
SAMMUT SAVIOUR ET vs DEMANUELE ROBERT - 326/1998/1 - CIVILI, PRIM AWLA, MALTA
Kliem Ewlieni / Fil-Qosor
Kliem Ewlieni
DANNI, DEFINIZZJONI TA` DIZABILITA` PERMANENTI - DANNI, MULTIPLIER - PERSUNA LI GHALQET IS-SITTIN SENA - DANNI, MULTIPLIER FIL-KAZ TA` MARA TAD-DAR - KOLLIZJONI, DOVERI TA` MIN ISUQ - PEDESTRIANS - KOLLIZJONI, DOVERI TA` PEDESTRIAN - KOLLIZJONI, INCIDENT BEJN VETTURA U PEDESTRIAN
Fil-Qosor
F`kaz ta` incident stradali bejn karozza u pedestrian, il-kaz li fih driver jista' jkun ezentat mir-responsabilita' hu dak biss li fih il-pedestrian, b'xi att inaspettat jew subitaneju jew xort'ohra b'xi ghemil tieghu, jkun qieghed lid-driver f'posizzjoni li anke bl-uzu tad-diligenza mehtiega dan masetghax assolutament jevita l-investiment.
Il-pedestrian li jaqsam it-triq ghandu d-dritt jistenna li d-driver juza d-diligenza mehtiega biex jevitah, anke jekk il-pedestrian jaqsam negligentement, id-driver ghandu jkun ritenut responsabbili, jekk ikun naqas minn xi dmir tieghu (bhal per ezempju speed eccessiv) b'mod li jkun pogga ruhhu f'posizzjoni li hu ma setghax jevita' l-investimenttal-pedestrian.
Pedestrian ma hux negligenti ghas-semplici raguni li jkun liebes libsa skura.
Driver ta' vettura ghandu d-dover li jistenna li fi trieqtu jistghu jinzertaw nies li, minhabba l-eta' taghhom, jew ghal xi raguni ohra, ma jkollhomx la dik ic-celerita' ta' percezzjoni, la dik il-prontezza ta' decizjoni, u lanqas l-isveltezza ta' movimenti, li jehtiegu c-cirkostanzi.
Gie stabilit mill-Qrati taghna li mara tad-dar ghandha dritt ghall kumpens u x-xoghol tad-dar ghandu valur ekonomiku, dan m'ghandux jitqies li jiswa anqas mill-paga minima nazzjonali.
Hawnhekk, meta gara l-incident l-attrici kellha 65 sena u stante li bhala mara tad-dar ix-xoghol taghha majieqafx mal 61 sena l-qorti iffissat multiplier ta' 8 snin.
Ghal dak li jirrigwarda l-percentwali ta` dizabilita` dak li jrid jigi stabbilit ma huwiex il-grad ta' inkapacita' f'sens purament mediku, izda l-effett illi l-hsara personali ghandha fuq il-qligh tad-danneggjat.
Agħfas hawn biex tfittex mill-ġdid.
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku.
Iktar Informazzjoni
Naċċetta