Reference: 19/2010

Judgement Details


Date
31/01/2018
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
GRIMA EDWINA
Parties
IL-PULIZIJA vs MICALLEF RICHARD
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Summary
Sabiex akkuzi jew imputazzjonijiet jinqraw bhala li huma alternattivi ghal xulxin dawn iridu jkunu kontradittorji fattwalment jew legalment, biz-zewg reati jeskludu wiehed lill-iehor.
Fir-reat tal-frodi jew truffa jigi adoperat l'uzu ta' ingann jew raggieri li iwasslu lil vittma sabiex isofri it-telf patrimonjali u dan sabiex it-truffatur jew frodatur li jinganna jikseb profitt jew vantagg ghalih innifsu. Dan ghaliex il-frodatur bil-mezzi frawdolenti adoperati minnu igieghel lil vittma tieghu tiddisponi mill-patrimonju taghha biex b'hekk il-kunsens tal-vittma jigi karpit b'mod frawdolentibiex titlaq minn taht idjeha il-proprjeta taghha.
Fir-reat ta'l-approprjazzjoni indebita imbaghadit-trasferiment tal-pussess tal-oggett mobbli mis-suggett passiv ghas-suggett attiv tar-reat ikun sar b'mod volontarju ghal ghan specifiku in forza ta' ftehim bejn dawn t-tnejn minn nies, izda l-awtur tar-reat minflok li jaghmel uzu ta' dak l-oggett mobbli ghal ghan specifikat fil-kuntratt milhuq bejn il-partijiet, japproprjah ghalih innifsu daqslikieku kien is-sid u bi vjolazzjoni ta' dak il-kuntratt jaghmel uzu divers minnu sabiex jikseb vantagg ghalih innifsu.
Mil-fatti tal-kaz il-Qorti ikkonkludiet li l-akkuzi ma kienux alternattivi ghal xulxin izda kellha tinstab htija ghaz-zewg akkuzi.




We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info