Reference: 150/1995/1

Judgement Details


Date
20/06/2002
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
FILLETTI JOSEPH A.
Parties
AGIUS NAZZARENO ET vs BONNICI ANTHONY ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, RIPRESA MINHABBA BZONN TAS-SID - LOKAZZJONI, RIPREZA MINHABBA BZONN TAS-SID - DISPONIBILITA` TA` FOND IEHOR MHIX SUFFICJENTI, IL-BZONN IRID DEJJEM JIGI PROVAT - LOKAZZJONI, RIPREZA MINHABBA BZONN TAS-SID - META JMUT IS-SID FIL-MORI TAL-KAWZA - ZGUMBRAMENT
Summary
Bil-fatt li persuna tkun ukoll sid ta' fond filwaqt li hija tkun inkwilina f'fond iehor, mhux bilfors ifisser jew isegwi li tali fatt ghandu jwassal dejjem ghal decizjoni favur talba ghal fini ta' ripreza da parti tas-sid. Il-provi juru li ghalkemm kien minnu li l-intimati kellhom fond band'ohra proprjeta' taghhom, fl-istess waqt jirrizulta li dan il-fond ma kienx ghadu lest ghal fini ta' abitazzjoni. Lanqas fil-fatt ma jirrizulta li xi darba jew f'xi hin l-intimati appellati ma kienu jabitawfih.

Huwa minnu li bil-fatt li l-intimati ttrasferew il-fond in kwistjoni lit-terz huma kienu qieghdin jippruvaw irwiehhom minn akkomdazzjoni alternattiva potenzjali ghalihom imma sadanittantgara wkoll li l-kawzali dwar il-bzonn reklamat mir-rikorrenti marbut mal-istat fiziku ta' NazzarenoAgius giet newtralizzata in toto bil-mewt tieghu, u dana meta l-proceduri kienu ghadhom mexjin. Minn imkien ma jirrizulta li l-intimati b'xi mod ipprocedew talment li tawlu l-proceduri f'din il-kawza.

Din il-Qorti, bhal ma gie ritenut mill-Bord li Jirregola l-Kera, hija tal-fehma li t-talbaghall-izgumbrament m'ghandhiex rebus sic stantibus tigi milqugha. Bil-fatt wahdu li inkwilin ikollha proprjeta' ta' immobbli band'ohra ma jfissirx li awtomatikament huwa jitlef l-inkwilinat minnu gawdut jew li jkollu jizgombra mill-fond lokat lilu ghaliex l-element jew kawzali dwar il-bzonn da parti tas-sid jew sidien trid dejjem tigi ppruvata u tirrizulta - ara l-artikolu 9 (b) tal-Kap. 69 tal-Ligijiet ta' Malta.

Ghaldaqstant din il-Qorti tiddeciedi billi, filwaqt li tikkonferma s-sentenza appellata kif moghtija mill-Bord li Jirregola l-Kera fil-25 ta' Settembru 2001 fil-kawza fl-ismijiet premessi, tichad l-appell tar-rikorrenti appellanti bl-ispejjez ta' dana l-appell a kariku taghhom u b'dawk tal-ewwel istanza jibqghu kif gja' hemm decizi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info