Reference: 1367/1999/1

Judgement Details


Date
21/06/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CARUANA DEMAJO GIANNINO
Parties
SANTONOCITO ANDREA ET vs GRECH MARIA CONCETTA SIVE CETTINA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
CITAZZJONI, NUQQAS TA` TALBA GHALL-KUNDANNA GHALL-HLAS TA` DANNI MA GGIBX IN-NULLITA` - LOKAZZJONI, KUMPENS GHAL MILJORAMENTI - LOKAZZJONI, PRESKRIZZJONI APPLIKABBLI GHAL AZZJONI GHAD-DANNI KONTRA L-INKWILIN - PRESKRIZZJONI, DANNI MAGHMULA MILL-INKWILIN FIL-FOND LOKAT
Summary
L-Artikolu 1564 tal-Kodici Civili jipprovdi li:

(1) Il-kerrej, matul il-kiri, ma jista' jaghmel ebda tibdil fil-haga mikrija minghajr il-kunsens ta' sid il-kera, u m'ghandux jedd jitlob il-hlas lura tal-valur, ikun kemm ikun, tal-miljoramenti maghmula minghajr dak il-kunsens.

(2) B'dan kollu, il-kerrej ghandu jedd jiehu lura dawk il-miljoramenti, billi jerga' jqieghed il-haga fl-istat li kienet qabel ma saru, izda dan kemm-il darba, ghal dawk li huma l-miljoramenti li jkunu ghadhom jezistu fit-tmiem tal-kiri, huwa juri li jista' jiehu xi utli minnhom billi jaqlaghhom, u sid il-kera ma jaghzilx li jzommhom, u jhallas lill-kerrej somma daqs il-gid li dan jista' jiehu li kieku jaqlaghhom.

Biex ikollu jedd ghal kumpens taht dan l-artikolu, il-kerrej irid juri:

a)illi ghamel miljoramenti; miljoramenti huma spejjez utli illi, kif imfisser fl-art. 545(2) tal-Kodici Civili, huma dawk li jaghmlu l-haga ahjar milli tkun, billi jaghmluha izjed komda, jew li tista'taghti aktar frottijiet, minghajr ma l-haga tbati hsara kemm-il darba dawn l- ispejjez ma jsirux;

b) illi dawn il-miljoramenti saru bil-kunsens tas-sid;

c) illi dawn il-miljoramenti jkunu ghadhom jezistu fit-tmiem tal-kiri;

d) illi dawn il-miljoramenti jkunu jistghu jinqalghu bla ma jaghmlu hsara lill-haga mikrija, u l-kerrej jiehu xi utli minnhom billi jaqlaghhom; u

e) sid il-kera jaghzel illi, flok ihalli lill-kerrej jaqla' u jiehu l-miljoramenti, ihallsu sommadaqs il-gid li jista' jiehu li kieku jaqlaghhom.

In-nuqqas ta` talba ghall-kundanna ghall-hlas ta` danni ma jgibx bhala konsegwenza n-nullita` tac-citazzjoni, imma se mai il-Qorti tieqaf bid-dikjarazzjoni ta` responsabilita`.

Danni maghmula minn inkwilin fil-fond lokat huma soggetti ghall-preskrizzjoni ta` hames snin u mhux sentejn peress illi joriginaw ex contractu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info