Reference: 152/2002

Judgement Details


Date
17/07/2002
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT
Parties
IL-PULIZIJA vs TESTA EMMANUEL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
PIENA, AMMISSJONI - PIENA, MITIGAZZJONI TA` - UFFICJAL PUBBLIKU, KOMMISSJONI TA` REAT
Summary
Skond is-subartikolu (1) tal-Artikolu (gdid) 392A tal-Kodici Kriminali. (li gie fis-sehh fl-1 ta' Mejju, 2002) wara li imputat iwiegeb li hu hati l-ewwel qorti ghandha tapplika l-Artikolu 453(1) tal-Kodici Kriminali, u cioe`, twissih b'mod l-aktar solenni fuq il-konsegwenzi legali ta' dik it-twegiba tieghu u taghtih ftit ta' zmien biex, jekk irid, jerga' lura minnha; u biss wara li tistaqsieh it-tieni darba kellha l-ammissjoni tigi registrata kif prevista fl-Artikolu 453(1). Ghandu jkun hemm indikazzjoni fl-atti, u preferibbilment fil-verbal ta' l-udjenza li fija jkun sar l-interrogatorju, lidin il-procedura giet fil-fatt segwita, u dan sabiex ma jinqalghux kumplikazzjonijiet inutili fi stadju ta' appell.

Ghandu jigi osservat ukoll li meta jkun hemm ammissjoni kif prevista fl-Artikolu 392A(1), u wara li jsir dak li ghandu jsir skond l-Artikolu 453(1), il-Qorti tal-Magistrati bhala Qorti ta' Gudikatura Kriminali tista' tghaddi biex taghti s-sentenza. S'intendi dik il-qorti ghandha l-obbligu li tisma' kemm lill-prosekuzzjoni kif ukoll lid-difiza dwar il-piena; u xejn ma jzommlil dik il-qorti milli tordna, jekk jidrilha li jkun utili li taghmel hekk sabiex ikollha stampa ahjar tal-fatti, li jinstemghu ix-xhieda jew xi xhieda.

Fuq ammissjoni ta' l-imputat qorti matistax hlief tghaddi ghall-kundanna tieghu, ammenokke` ma jirrisultax li l-imputat ma jkunx fehem in-natura ta' l-imputazzjoni, jew li ma kienitx l-intenzjoni tieghu li jammetti li hu hati ta' dik l-imputazzjoni, jew li fuq il-fatti minnu ammessi l-qorti ma setghetx skond il-ligi tikkundannah cioe`ssibu hati ta' reat.

Biex jiskatta d-dover jew obbligu taht l-Artikolu 141 tal-Kodici Kriminali.irid ikun hemm xi disposizzjoni ta' ligi jew xi kundizzjoni ta' impieg li, direttament jew indirettament, timponi l-obbligu fuq l-ufficjal jew impjegat pubbliku li jkun li jissorvelja li ma jsirxxi reat partikolari (jew ir-reati kollha) jew li jimpedixxi dan ir-reat (jew reati).

L-ammissjoni bikrija mhux bilfos jew dejjem, jew b'xi forma ta' dritt jew awtomatikament, tissarraf f'riduzzjoni fil-piena.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info