Referenza: 110/1992/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
12/07/2002
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCICLUNA DAVID
Partijiet
ATTARD LAWRENCE NOE vs MANCHE' SERGIO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
INTERESS GURIDIKU, ELEMENTI TA` - KUNTRATT, KONTRATTAZZJONI F`ISEM HADDIEHOR - KUNTRATT, KONTRATTAZZJONI RABTA PERSONALI
Fil-Qosor
Hija haga minn ewl id-dinja li normalment bniedem jikkontratta ghalih innifsu, sakemm ma jindikax liqieghed jikkontratta f'isem haddiehor, jew jekk dan ma jindikahx espressament, il-kontraent l-iehorikun ragonevolment jaf illi jkun qieghed jikkontratta f'isem haddiehor.

Il-piz tal-prova limin ikkontratta ghamel hekk f'isem haddiehor tinkombi fuq min jaghmel din l-allegazzjoni.

Il-provi f'dan ir-rigward ghandhom jintiznu fid-dawl tar-regola li fin-nuqqas ta' provi jew anki fid-dubji l-mandat ma jistax jigi prezunt, anzi ghandu jigi eskluz. Inoltre, ghandu jigi rrilevat li l-ligi tezigi (art. 993 Kap 16) li kull kuntratt u kull obbligazzjoni ghandha ssir u tigi esegwita in buona fede.

Kull wiehed mill-partijiet in kawza jrid ikollu interess guridiku biex jista' jinghad li ghandu d-dritt tal-locus standi in judicio. U huwa pacifiku li l-interess guridiku ghandu jkun attwali fis-sens ta` utilita` finali tad-domanda gudizzjali fir-rigward tal-ezistenza asserita u vjolazzjoni ta` dritt.

Ghalhekk l-interess guridiku ghandu jkun jezisti fil-mument li tigi proposta l-azzjoni, u inoltre jehtieg li l-interess ikun konkret, personali u sussistenti di fronti ghall-konvenut maghzul bhala legittimu kontradittur tad-domanda.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni