Referenza: 1575/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
20/06/2002
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MICALLEF JOSEPH R.
Partijiet
BORG JOSEPHINE ET vs BONNICI SUNNY
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
BEJGH IN SUBBASTA, DIFFERENZA BEJN BEJGH IN LICITAZZJONI U - DIVIZJONI, PRINCIPJI REGOLATURI TAL-BEJGH IN LICITAZZJONI
Fil-Qosor
Il-ligi thares il-kwestjoni tal-bejgh b'licitazzjoni kemm fil-Kodici tal-Organizzazzjoni u ProceduraCivili (Kapitolu 12) u kif ukoll fil-Kodici Civili (Kapitolu 16), bid-differenza ewlenija bejniethom tikkonsisti filli f'tal-ewwel il-bejgh jintalab minn kreditur ta' sid il-post li jkun ser jinbieghb'irkant taht l-awtorita' tal-Qorti, filwaqt li f'tat-tieni l-bejgh jitnissel mir-rieda li xi haddminn ghadd ta' sidien li ma jridx jibqa' izjed fi shab mas-sidien l-ohrajn;

Ghalkemm il-bejghf'licitazzjoni ta' gid immobbli jista' jsir bil-mod li jaqblu dwaru s-sidien kollha, jekk kemm-il darba jsir b'ordni tal-Qorti f'sentenza jew ghax ma jkunx hemm fehma wahda bejn is-sidien kollha, l-ghazla ta' liema procedura ghandha tigi segwita hija mhollija f'idejn il-Qorti, li tista' tordna li l-partijiet isegwu process li jixbah lil dak imfassal mil-ligi ghall-bejgh fl-irkant bil-qorti.

Hija ghazla ta' kull wiehed li ghandu sehem f'gid immobbli li sejjer jinbiegh b'irkant taht is-setgha tal-qorti, zghir kemm hu zghir sehemu mill-istess gid, li jitlob li fl-irkant il-barranin jigu mistiedna joffru wkoll.

It-talba sabiex gid immobbli mizmum minn ghadd ta' sidien jinbiegh b'licitazzjoni, trid titqies fid-dawl tal-principji ewlenin li jsawru l-istitut tal-ligi li titkellem dwar gid komuni. Fost dawn il-principji hemm dak li kull wiehed mis-sidien ta' haga komuni ghandu l-jedd li jiehu s-sehem tieghu tal-gid in natura, u l-principju l-iehor li hadd ma jista' jigi mgieghel jibqa' jzomm haga flimkien ma' haddiehor. Ghalhekk, meta ssir il-qasma, r-regola hija li kull wiehed mis-sidien jiehu (skond is-sehem tieghu) bizzejjed mill-gid komuni fil-kwalita' li dak il-gid ikollu fil-waqt tal-qasma. Dan igib mieghu l-effett li l-licitazzjoni hija l-eccezzjoni ghar-regola.Kemm hu hekk, l-artikolu 515 tal-Kap 16 ifisser f'liema cirkostanzi ghandha ssir;

Madankollu, jekk biex jitharsu l-principji fuq imsemmija l-qasma tal-hwejjeg komuni tkun qeghda ssir biss fid-dieher u tkun mghobbija b'soluzzjonijiet imgebbda, bhal, per ezempju, ekwiparazzjonijiet qawwija, f'dan il-kaz ikun ghaqli li ssir il-licitazzjoni u tkun qeghda tithares il-ligi fil-kelma u l-ispirtutaghha jekk l-eccezzjoni teghleb lill-principju.

Huwa mghallem ukoll f'dan il-qasam li ma tistax issir il-licitazzjoni ta' gid immobbiljari wiehed jekk is-sidien ikunu jzommu bejniethom gid komuni iehor. M'huwiex imholli lis-sidien komuni li jwettqu process spezzettat tal-qasma ta' gidhom komuni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni