Referenza: 140/2015

Dettalji tas-Sentenza


Data
27/02/2017
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
GRIXTI GIOVANNI
Partijiet
IL-PULIZIJA vs BORG ANTHONY
ECLI
ECLI:MT:AKI:2017:105147
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
NULLITA TA RIKORS SENTENZA SOSPIZA
Fil-Qosor
Il-procedura ghad-dhul fis-sehh tat-terminu ta' prigunerija sospiza tiskatta bl-introduzzjoni ta' rikors guramentat mill-parti li lilha kellu jsir il-hlas ex artikolu 28H(4) izda il-Qorti, ex artikolu28H(6) ghandha tastjeni milli tiehu konjizzjoni ta' rikors kif hemm imsemmi fis-subartikolu (4) jekk dak ir-rikors ikun gie pprezentat wara l-gheluq ta' tliet xhur mit-tmiem taz-zmien stabbilit mill-qorti biex wiehed jikkonforma ruhu ma' dik id-direttiva;
Mill-atti processwali irrizulta illi l-kundanna ta' xahar prigunerija sospizi ghal-sena originat permezz ta' sentenza moghtija fit-18 ta'Gunju 2014. Permezz ta' dik is-sentenza l-appellant kien ordnat ihallas sa zmien xahar minn dak inhar igifieri sat-18 ta' Lulju 2014. Huwa naqas milli jaghmel dan u ghalhekk rikors dwar nuqqas tal-ottemperament tieghu setgha jkun introdott biss sat-18 ta' Ottubru 2014. Dak ir-rikors kien pprezentatfl-10 ta' Novembru, 2014 u l-ewwel Qorti kellha, tassattivament, tastjeni milli tiehu konjizzjoni tieghu ex artikolu 28H(6). Ghalhekk il-proceduri u d-digriet tal-ewwel Qorti tad-9 ta' Marzu 2015 ma kellhom ebda validita' u l-karcerament tal-appellant ma kienx wiehed sorrett mil-ligi. IL-proceduri gew dikjarati nulli.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni