Reference: 178/2015

Judgement Details


Date
23/02/2017
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
GRIMA EDWINA
Parties
IL-PULIZIJA vs SPITERI GORDON
ECLI
ECLI:MT:AKI:2017:105070
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
NULLITA TAR-RIKORS TAL-APPELL
Summary
Illi l-Avukat Generali talab r-riforma ta' din is-sentenza. L-appellat argumenta illi din it-talba kienet monka peress illi fiha hemm nieqsa t-talba ghal konferma ta' dik il-parti tad-decizjoni fejn huwa ma giex misjub hati tal-ewwel zewg imputazzjonijiet dedotti kontra tieghu u konsegwentment gie illiberat minnhom. Issa l-artikolu 419(1) tal-Kodici Kriminali jelenka ir-rekwizti essenzjali mehtiega ghall-validita tar-rikors ta'l-appell meta jinghad testwalment: “Ir-rikors, barra mill-indikazzjoni komuni ghall-atti gudizzjarji, ghandu jkun fih, taht piena ta' nullità - (a) il-fatti fil-qosor; (b) ir-ragunijiet tal-appell; (c) it-talba ghat-tahsir jew ghat-tibdil tas-sentenza tal-qorti inferjuri.” Premess dan allura kien evidenti illi f'dan il-kaz l-Avukat Generali ma naqasx milli jottemperaruhu ma' dak stabbilit fl-artikolu 419 ghaliex minn qari akkurat tar-rikors ta'l-appell ghandu johorg illi t-tlett rekwiziti stabbilit fil-ligi kollha kienu prezenti billi l-Avukat Generali espona fil-qosor il-fatti tal-kaz, wara dan fassal ir-ragunijiet tieghu ghall-appell u finalment ikkonkluda billi talab ir-riforma tad-decizjoni impunjata u dan abbazi ta' dak li kien gie espost minnu iktar kmieni fir-rikors tal-appell biex b'hekk kemm ghall-appellat kif ukoll ghal-Qortikien car minn xhiex qed jilmenta u x'inhu jitlob. Bil-fatt illi l-Avukat Generali naqas milli jitlob il-konferma tad-decizjoni impunjata ghal dawk l-akkuzi li minnhom l-appellat gie illiberat, fil-fehma tal-Qorti, ma kienx iwassal ghall-ebda nullita billi huwa evidenti illi l-Avukat Generali ma kienx qieghed jinteneta jimpunja dik il-parti tas-sentenza appellata. Gjaldarba huwa kien qieghed jitlob riforma u mhux revoka u gjaldarba huwa evidenti illi t-talba kienet diretta biss ghat-thassir tal-multa inflitta billi fil-fehma tieghu din ma kienitx skont il-ligi, ifisser allura illi l-Avukat Generali ma kienx qieghedjattakka il-kumplament ta' dik id-decizjoni. Illi anke l-aggravvji imressqa minnu indikaw dan car utond. Fuq kollox l-appellat certament seta' jifhem dwar xhiex kellu jiddefendi ruhu u id-difiza lighandu iressaq ghal-lanjanza sollevata mill-Avukat Generali diretta lejn il-gudizzju ta'l-Ewwel Qorti fejn il-kwistjoni dwar il-liberazzjoni ta'l-ewwel zewg imputazzjonijiet ma gietx imqieghda in kontestazzjoni. Il-ligi tezigi biss illi titressaq talba ghal riforma jew ghal revoka tad-decizjoni appellata. L-eccezzjoni preliminari giet michuda.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info