Reference: 120/2015

Judgement Details


Date
30/01/2017
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
GRIXTI GIOVANNI
Parties
IL-PULIZIJA vs CARUANA ALBERT
ECLI
ECLI:MT:AKI:2017:104579
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
NULLITA SENTENZA
Summary

Dan kien appell dwar nullita ta' sentenza. Il-Qorti ma sabitx tali nullita izda irrimarkat li huwa wisq desiderabbli illi s-sentenza tkun tinkorpora r-ragunament tal-Qorti li jkun wassal ghad-decizzjoni taghha. L-imputat jimmerita li jkun jaf x'wassal lill-Qorti sabiex issibu hati u hekk ukollil-prosekutur li jkun jaf ghaliex ma nstabitx htija. Id-dritt sagrosant tal-appell ghandu minnu nniffsu jinferixxi dritt li l-appellant ikun jaf r-ragunijiet li wasslu ghad-decizzjoni minnu lamentata.Daqstant iehor huwa ta' mportanza ghal raguni ta' trasparenza kif ritenut fis-sentenza Il-Pulizijavs Joseph Pisani. Quddiem il-Qorti tal-Magistrati llum jingiebu kawzi ta' natura serjissima punibblibi prigunerija sa tnax-il sena u fejn bil-konkors tar-reati ex artikolu 17(b) z-zmien ta' prigunerija kien limitat sa massimu ta' 35 sena, dan il-massimu llum tnehha bl-Att XXIV tal-2014 b'mod allurali ma hemmx limitu ghaz-zmien li persuna tista' tkun inkarcerata b'sentenza mill-Qorti tal-Magistrati (hlief naturalment ghall-limiti tal-komputazzjoni imsemmija fl-istess artikolu 17(b)). Statistikament, il-Qrati tal-Magistrati fejn si tratta ta' imputazzjonijiet li ma jkunux ta' natura kontravvenzjonali, invarjabbilment ikunu konkluzi b'motivazzjonijiet jew konsiderazzjonijiet u rarament Qortitiddisponi minn tali kawzi billi semplicement tiddikjara htija bhal fil-kaz odjern. Madanakollu jidher illi huwa desiderabbli u wasal iz-zmien illi jkun tassattiv li fis-sentenza taghha l-Qorti taghti, ad validitatem ukoll ir-ragunijiet li jkunu wasslu ghad-decizzjoni taghha. Fi kliem iehor, l-artikolu 382 tal-Kodici Kriminali jehtieg li jkun aggornat, hlief naturalment ghal-dawk il-kawzi fejn sitratta ta' kontravvenzjonijiet.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info