eCourts
Kawżi Ċivili
Sentenzi
Insolvenzi
Subbasti
Użu tal-Awli
Servizzi
Irċievi Notifiki bil-Mowbajl
Ħallas Multi tal-Qorti
Ħallas id-Dritt tar-Reġistru tal-Qorti
Għajnuna
Chat
Malti
English
Illoggja
Home
Fittex is-Sentenzi
Dettalji
Referenza: 2725/1997/1
Niżżel
Dettalji tas-Sentenza
Data
20/02/2001
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CAMILLERI GINO
Partijiet
MID MED BANK LTD vs JOECAR LIMITED NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE
Kawża Llinkjata
N/A
Kliem Ewlieni / Fil-Qosor
Kliem Ewlieni
BANK, ECCEZZJONIJIET GHAL KUNFIDENZJALITA` BANKARJA
Fil-Qosor
ll-kunfidenzjalita' bankarja hi sancita bl-Att dwar il-Kummerc Bankarju (Kapitolu 371), b'mod partikolari bil-provedimenti tal-artikolu 34 li jipprovdu fost affarijiet ohra li ebda funzjonarju jew impjegat ta' bank ma ghandu jikxef xi informazzjoni dwar l-affarijiet ta' klijent tal-bank, liema informazzjoni tkun giet miksuba fil-kors tal-qadi tad-dmirijiet tieghu jew fl-ezercizzju tal-funzjonijiettieghu.
L-istess artikolu jipprovdi pero' ghal xi eccezzjonijiet fosthom meta l-istess funzjonarju jew impjegat ikun qed jaqdi d-dmirijiet tieghu jew qed jesercita l-funzjonijiet tieghu. Il-konvenuti stess jaqblu li, in effett, id-dmir tal-kunfidenzjalita' bankarja mhux wiehed assolut u li l-ligi stess tipprovdi ghal xi eccezzjonijiet.
Il-Qorti irrilevat li l-konvenuti stess ammettew li l-kaz in ezami jaqa' taht wahda minn dawn l-eccezzjonijiet peress illi hawnhekk it-tikxif ta'certu informazzjoni hu mehtieg fl-interess tal-bank stess.
Ghalhekk fi proceduri bhal dawn il-bank attur ghandu kull jedd li jipproduci xhieda, inkluzi ufficjali u impjegati tieghu, in sostenntal-pretensjonijiet tieghu. Inoltre l-istess bank jew il-funzjonarji tieghu ma jistghux jitqiesu lihuma vinkolati bis-sigriet professjonali sakhemm dawn ikunu qed jixhdu bil-ghan li ssir il-prova dwar il-pretensjonijiet attrici jew dwar xi eccezzjoni kif sollevata mill-konvenuti. F'dan ir-rigward pero' hemm ukoll certi limitazzjonijiet, li, in effett, huma imposti mill-istess obbligu tas-sigrietbankarju inkombenti fuq il-bank attur. Dawn il-limitazzjonijiet jirreferu ghal meta ix-xhud prodottmill-bank attur ikun jrid imur oltre dak li hu ragionevolment necessarju sabiex tigi pruvata t-talbajew sabiex jigi pruvat xi haga dwar xi eccezzjoni.
Ghalhekk ix-xhud prodott mill-bank atturu li hu impjegat jew ufficjal tal-istess bank attur ma jistax imur, fix-xhieda tieghu, oltre dak lihu ragionevolment necessarju sabiex jigu pruvati t-talbiet attrici jew xi haga dwar xi eccezzjoni tal-konvenuti. F'kaz li jkun ser jigi zvelat aktar minn dak li hu ragionevolment necessarju, jkunu applikabbli l-provedimenti tal-artikolu 9 tal-Att dwar is-Segretezza Professjonali (Kapitolu 377). Skond dan l-artikolu jekk ser jigi svelat is-sigriet professjonali ghandu qabel ikun hemm l-awtorizzazzjoni tal-Qorti u d-deposizzjoni relattiva ghandha tinstema' in camera u tkun biss accessibbli ghall-qorti u ghall-partijiet. Ghalhekk jekk ix-xhud ser jizvela aktar minn dak li hu ragionevolment necessarju hemm bzonn li l-ewwel jigi aworizzat mill-qorti u sussegwentement l-istess xhieda ghandha tinghata in camera u m'ghandiex tkun accessibbli ghal kullhadd.
Agħfas hawn biex tfittex mill-ġdid.
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku.
Iktar Informazzjoni
Naċċetta